|
+Artikolu 9 7. |
Artikolu 9 7.Valutazzjoni tal-impatt skont il-paragrafu 6 għandha tkopri mill-inqas dan li ġej:
(a)
l-impatt potenzjali fuq l-iżvilupp tas-suq tal-gass nazzjonali u l-kompetizzjoni fil-livell nazzjonali;
(b)
l-impatt potenzjali fuq is-suq intern tal-gass;
(c)
l-impatt potenzjali fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stati Membri ġirien, b'mod partikolari għal dawk il-miżuri li jistgħu jnaqqsu l-likwidità fis-swieq reġjonali jew jillimitaw il-flussi lejn Stati Membri ġirien;
(d)
l-ispejjeż u l-benefiċċji, ivvalutati meta mqabbla ma' miżuri alternattivi bbażati fuq is-suq;
(e)
valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità meta mqabbla ma' miżuri possibbli bbażati fuq is-suq;
(f)
apprezzament dwar jekk il-miżura tiżgurax possibbiltajiet indaqs għall-parteċipanti kollha tas-suq;
(g)
strateġija ta' eliminazzjoni gradwali, it-tul mistenni tal-miżura prevista u kalendarju adatt ta' rieżami. L-analiżi msemmija fil-punti (a) u (b) għandha ssir mill-awtorità regolatorja nazzjonali. Il-valutazzjoni tal-impatt għandha tiġi ppubblikata mill-awtorità kompetenti u għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|