+REGOLAMENT (UE) Nru 995/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Status tal-injam u tal-prodotti tal-injam koperti mill-FLEGT u s-CITES
---+Artikolu 4 Obbligi tal-operaturi
------+Article 4 1.
------+Article 4 2.
------+Article 4 3.
---+Artikolu 5 Obbligu ta’ traċċabilità
---+Artikolu 6 Sistemi ta’ diliġenza dovuta
------+Article 6 1.
------+Article 6 2.
------+Article 6 3.
---+Artikolu 7 Awtoritajiet kompetenti
------+Article 7 1.
------+Article 7 2.
---+Artikolu 8 Organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ
------+Article 8 1.
------+Article 8 2.
------+Article 8 3.
------+Article 8 4.
------+Article 8 5.
------+Article 8 6.
------+Article 8 7.
------+Article 8 8.
---+Artikolu 9 Lista ta’ organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ
---+Artikolu 10 Kontrolli fuq l-operaturi
------+Article 10 1.
------+Article 10 2.
------+Article 10 3.
------+Article 10 4.
------+Article 10 5.
---+Artikolu 11 Rekords tal-kontrolli
------+Article 11 1.
------+Article 11 2.
---+Artikolu 12 Koperazzjoni
------+Article 12 1.
------+Article 12 2.
---+Artikolu 13 Għajnuna teknika, gwida u skambju ta’ tagħrif
------+Article 13 1.
------+Article 13 2.
------+Article 13 3.
---+Artikolu 14 Emendi tal-Anness
---+Artikolu 15 Eżerċizzju tad-delega
------+Article 15 1.
------+Article 15 2.
------+Article 15 3.
---+Artikolu 16 Revoka tad-delega
------+Article 16 1.
------+Article 16 2.
------+Article 16 3.
---+Artikolu 17 Oġġezzjonijiet għal atti delegati
------+Article 17 1.
------+Article 17 2.
------+Article 17 3.
---+Artikolu 18 Kumitat
------+Article 18 1.
------+Article 18 2.
---+Artikolu 19 Pieni
------+Article 19 1.
------+Article 19 2.
------+Article 19 3.
---+Artikolu 20 Monitoraġġ tal-implimentazzjoni u aċċess għall-informazzjoni
------+Article 20 1.
------+Article 20 2.
------+Article 20 3.
------+Article 20 4.
---+Artikolu 21 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
---+ANNESS
English - European Union - Environment -

REGOLAMENT (UE) Nru 995/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT (UE) Nru 995/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Ottubru 2010

li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu injam u prodotti tal-injam għall-ewwel darba fis-suq intern, kif ukoll l-obbligi tal-kummerċjanti.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “injam u prodotti tal-injam” tfisser l-injam u l-prodotti tal-injam stabbiliti fl-Anness, ħlief prodotti tal-injam jew komponenti ta’ dawk il-prodotti manifatturati minn injam jew prodotti tal-injam li temmew iċ-ċiklu tagħhom tal-użu u li kieku jintremew bħala skart, kif definiti fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart ( 1 );

(b) “tqegħid fis-suq” tfisser provvista bi kwalunkwe mezz, irrispettivament mit-teknika ta’ bejgħ użata, ta’ injam jew prodotti tal-injam għall-ewwel darba fis-suq intern għad-distribuzzjoni jew l-użu waqt attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas kif ukoll mingħajr ħlas. Għandha tinkludi wkoll provvista permezz ta’ komunikazzjoni minn distanza kif definita fid-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod ( 2 ). Il-provvista fis-suq intern ta’ prodotti tal-injam derivati minn injam jew minn prodotti tal-injam li diġà tqiegħdu fis-suq intern m’għandhiex titqies bħala “tqegħid fuq is-suq”;

(c) “operatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq injam jew prodotti tal-injam;

(d) “kummerċjant intern” tfisser kull persuna naturali u ġuridika li, waqt attività kummerċjali, tbigħ jew tixtri, fis-suq intern, injam jew prodotti tal-injam li diġà tqiegħdu fis-suq intern;

(e) “pajjiż tal-ħsad” tfisser il-pajjiż jew it-territorju fejn ġie maħsud l-injam jew l-injam imqiegħed fil-prodotti tal-injam;

(f) “maħsud b’mod legali” tfisser li ġie maħsud f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiż tal-ħsad;

(g) “maħsud b’mod illegali” tfisser li ġie maħsud b’kontravenzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiż tal-ħsad;

(h) “leġiżlazzjoni applikabbli” tfisser il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-pajjiż tal-ħsad, li tkopri l-oqsma tal-liġi li ġejjin:

— id-drittijiet għall-ħsad ta’ injam fi ħdan il-fruntieri ppubblikati legalment,

— il-ħlasijiet għad-drittijiet ta’ ħsad u l-injam inklużi l-imposti relatati mal-ħsad tal-injam,

— il-ħsad tal-injam, inkluża l-leġiżlazzjoni ambjentali u forestali inkluż il-ġestjoni tal-foresti u l-konservazzjoni tal-bijodiversità, meta marbuta b’mod dirett mal-ħsad tal-injam,

— id-drittijiet legali ta’ partijiet terzi dwar l-użu u l-pussess li jiġu affettwati mill-ħsad tal-injam, u

— il-kummerċ u d-dwana, sa fejn hu kkonċernat is-settur tal-foresti.

Artikolu 3 Status tal-injam u tal-prodotti tal-injam koperti mill-FLEGT u s-CITES

Artikolu 3

Status tal-injam u tal-prodotti tal-injam koperti mill-FLEGT u s-CITES

Il-prodotti tal-injam elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005 li joriġinaw f’pajjiżi msieħba elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament u li jkunu f’konformità ma’ dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tiegħu għandhom jitqiesu li huma maħsuda b’mod legali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

L-injam tal-ispeċi elenkati fl-Anness A, B jew C għar-Regolament (KE) Nru 338/97 u li jikkonforma ma’ dak ir-Regolament u mad-dispożizzjonijiet implimentattivi tiegħu għandu jitqies bħala legalment maħsud għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4 Obbligi tal-operaturi

Artikolu 4

Obbligi tal-operaturi

1.  Għandu jkun ipprojbit it-tqegħid fis-suq ta’ injam maħsud b’mod illegali jew prodotti tal-injam ġejjin minn tali injam.

2.  L-operaturi għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta meta jqiegħdu fis-suq injam jew prodotti tal-injam. Għal dak il-għan, huma għandhom jużaw qafas ta’ proċeduri u miżuri, minn issa ‘l quddiem imsejħa “sistema ta’ diliġenza dovuta” kif dispost fl-Artikolu 6.

3.  Kull operatur għandu jżomm u jevalwa regolarment is-sistema ta’ diliġenza dovuta li juża, ħlief jekk l-operatur juża sistema ta’ diliġenza dovuta stabbilita minn organizzazzjoni ta’ monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 8. Is-sistemi ta’ superviżjoni eżistenti taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti u kull katina volontarja ta’ mekkaniżmu ta’ kustodja li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jistgħu jintużaw bħala bażi għal sistema ta’ diliġenza dovuta.

Artikolu 5 Obbligu ta’ traċċabilità

Artikolu 5

Obbligu ta’ traċċabilità

Il-kummerċjanti, tul il-katina ta’ forniment, għandhom ikunu kapaċi li jidentifikaw:

(a) l-operaturi jew il-kummerċjanti li pprovdew injam u prodotti tal-injam; u

(b) il-kummerċjanti li lilhom ikunu pprovdew injam jew prodotti tal-injam, fejn applikabbli.

Il-kummerċjanti għandhom iżommu t-tagħrif imsemmi fl-ewwel paragrafu għal mill-anqas ħames snin u għandhom jgħaddu dan it-tagħrif lill-awtoritajiet kompetenti li jitolbu dan.

Artikolu 6 Sistemi ta’ diliġenza dovuta

Artikolu 6

Sistemi ta’ diliġenza dovuta

1.  Is-sistema ta’ diliġenza dovuta msemmija fl-Artikolu 4(2) għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

(a) miżuri u proċeduri li jipprovdu aċċess għall-informazzjoni li ġejja dwar il-forniment ta’ injam jew prodotti tal-injam tal-operatur imqiegħda fis-suq:

— deskrizzjoni, inkluż l-isem kummerċjali u t-tip ta’ prodott, kif ukoll l-isem komuni tal-ispeċi tas-siġar u, fejn ikun applikabbli, l-isem xjentifiku sħiħ,

— il-pajjiż tal-ħsad, u fejn ikun applikabbli:

—

 

(i) ir-reġjun sub-nazzjonali fejn l-injam ġie maħsud; u

(ii) il-konċessjoni tal-ħsad,

— il-kwantità (espressa f’volum, piż jew numru ta’ unitajiet),

— l-isem u l-indirizz tal-fornitur għall-operatur,

— l-isem u l-indirizz tal-kummerċjant intern li jkunu ġew ipprovduti lilu l-injam jew il-prodotti tal-injam,

— dokumenti jew informazzjoni oħra li tindika l-konformità ta’ dak l-injam u tal-prodotti tal-injam mal-leġiżlazzjoni applikabbli;

(b) proċeduri ta’ stima tar-riskju li jippermettu lill-operatur janalizza, u jagħmel stima tar-riskju li jitqiegħdu fis-suq injam maħsud b’mod illegali jew prodotti tal-injam li ġejjin minn dan l-injam.

Dawk il-proċeduri għandhom jieħdu kont tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a) kif ukoll ta’ kriterji rilevanti ta’ stima tar-riskju, li jinkludu:

— garanzija ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli, li tista’ tinkludi ċertifikazzjoni jew skemi oħra verifikati minn parti terza li jkopru l-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli,

— prevalenza ta’ ħsad illegali ta’ speċi ta’ siġar speċifiċi,

— prevalenza ta’ ħsad jew prattika illegali fil-pajjiż tal-ħsad u/jew fir-reġjun sub-nazzjonali fejn ġie maħsud l-injam, inkluża l-kunsiderazzjoni tal-prevalenza ta’ kunflitt armat,

— sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fuq importazzjonijiet u esportazzjonijiet tal-injam,

— kumplessità tal-katina ta’ forniment tal-injam u prodotti tal-injam;

(c) ħlief fejn ikun negliġibbli r-riskju identifikat matul il-proċeduri ta’ stima tar-riskju imsemmija fil-punt (b), il-proċeduri ta’ mitigazzjoni tar-riskju li huma magħmulin minn sett ta’ miżuri u proċeduri li huma adegwati u proporzjonati biex jimminimizzaw b’mod effettiv dak ir-riskju u li jistgħu jinkludu l-ħtieġa ta’ informazzjoni jew dokumenti addizzjonali u/jew il-ħtieġa ta’ verifika minn parti terza.

2.  Ir-regoli dettaljati meħtieġa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, ħlief fir-rigward ta’ aktar kriterji ta’ stima tar-riskju msemmijin fit-tieni sentenza tal-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2). Dawk ir-regoli għandhom jiġu adottati sat-3 ta’ Ġunju 2012.

3.  B’kunsiderazzjoni tal-iżviluppi tas-suq u l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari kif identifikati permezz tal-iskambju ta’ tagħrif imsemmi fl-Artikolu 13 u tar-rappurtar imsemmi fl-Artikolu 20(3), il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE rigward kriterji rilevanti oħrajn ta’ stima tar-riskju li jistgħu jkunu meħtieġa biex jiġu ssupplimentati dawk imsemmijin fit-tieni sentenza tal-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu bil-għan li tkun żgurata l-effettività tas-sistema ta’ diliġenza dovuta.

Għall-atti delegati msemmijin f’dan il-paragrafu għandhom japplikaw il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 15, 16 u 17.

Artikolu 7 Awtoritajiet kompetenti

Artikolu 7

Awtoritajiet kompetenti

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti sat-3 ta’ Ġunju 2011. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fl-ismijiet jew l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti.

2.  Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-disponibilità tal-pubbliku, inkluż fuq l-Internet, lista tal-awtoritajiet kompetenti. Il-lista għandha tiġi aġġornata regolarment.

Artikolu 8 Organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ

Artikolu 8

Organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ

1.  Organizzazzjoni ta’ monitoraġġ għandha:

(a) iżżomm u tevalwa regolarment sistema ta’ diliġenza dovuta kif stabbilit fl-Artikolu 6 u tagħti d-dritt lill-operaturi biex jużawha;

(b) tivverifika l-użu korrett tas-sistema tagħha ta’ diliġenza dovuta minn dawk l-operaturi;

(c) tieħu miżuri adatti fil-każ fejn operatur jonqos milli juża korrettament is-sistema tagħha ta’ diliġenza dovuta, inkluża n-notifika tal-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta’ nuqqas sinifikanti jew ripetut mill-operatur.

2.  Organizzazzjoni tista’ tapplika biex tiġi tikonoxxuta bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ jekk tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) ikollha personalità ġuridika u tkun stabbilita legalment fl-Unjoni;

(b) ikollha għelm xieraq u l-kapaċità li teżerċita l-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1; u

(c) tiżgura l-assenza ta’ kull kunflitt ta’ interess fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha.

3.  Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Istat(i) Membru(i) ikkonċernat(i) għandha tagħraf bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ applikant li jissodisfa r-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafu 2.

Id-deċiżjoni li jingħata għarfien lil organizzazzjoni ta’ monitoraġġ għandha tiġi kkomunikata mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha.

4.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli f’intervalli regolari biex jivverifikaw li l-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ li joperaw fil-ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti jkomplu jissodisfaw il-funzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2. Jistgħu jitwettqu kontrolli wkoll meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jkollha tagħrif rilevanti f’idejha, inkluż tħassib sostanzjali minn partijiet terzi jew meta tiskopri nuqqasijiet mill-operaturi fl-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ diliġenza dovuta maħluqa minn organizzazzjoni ta’ monitoraġġ. Għandu jkun disponibbli rapport tal-kontrolli skont id-Direttiva 2003/4/KE.

5.  Jekk awtorità kompetenti tiddetermina li organizzazzjoni ta’ monitoraġġ ma għadhiex twettaq il-funzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 jew ma għadhiex tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2, hija għandha tgħarraf lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

6.  Il-Kummissjoni għandha tirtira rikonoxximent ta’ organizzazzjoni ta’ monitoraġġ meta, b’mod partikolari fuq il-bażi tat-tagħrif provduta msemmija fil-paragrafu 5, tkun iddeterminat li l-organizzazzjoni ta’ monitoraġġ ma għadhiex twettaq il-funzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 jew ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2. Qabel l-irtirar ta’ rikonoxximent ta’ organizzazzjoni ta’ monitoraġġ, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri konċernati.

Id-deċiżjoni li jiġi rtirat rikonoxximent lil organizzazzjoni ta’ monitoraġġ għandha tiġi kkomunikata mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha.

7.  Sabiex tissupplimenta r-regoli proċedurali fir-rigward tar-rikonoxximent u l-irtirar tar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ u, jekk l-esperjenza teħtieġ hekk, biex temendahom, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE, filwaqt li tiżgura li r-rikonoxximent u l-irtirar tar-rikonoxximent jitwettqu b’mod ġust u trasparenti.

Għall-atti delegati msemmijin f’dan il-paragrafu għandhom japplikaw il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 15, 16 u 17. Dawk l-atti għandhom jiġu adottati sat-3 ta’ Marzu 2012.

8.  Ir-regoli dettaljati li jikkonċernaw il-frekwenza u n-natura tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 4, meħtieġa biex tiġi żgurata s-superviżjoni effettiva tal-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ u l-implimentazzjoni uniformi ta’ dak il-paragrafu, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2). Dawk ir-regoli għandhom jiġu adottati sat-3 ta’ Ġunju 2012.

Artikolu 9 Lista ta’ organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ

Artikolu 9

Lista ta’ organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, u għandha tagħmilha disponibbli fuq is-sit elettroniku tagħha. Il-lista għandha tiġi aġġornata regolament.

Artikolu 10 Kontrolli fuq l-operaturi

Artikolu 10

Kontrolli fuq l-operaturi

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli biex jivverifikaw jekk l-operaturi humiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 6.

2.  Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu skont pjan rivedut perjodikament skont approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Barra minn hekk, jistgħu jitwettqu kontrolli wkoll meta awtorità kompetenti jkollha f’idejha tagħrif rilevanti, inkluż fuq il-bażi ta’ tħassib sostanzjali mogħti minn partijiet terzi, rigward il-konformità ta’ operatur ma’ dan ir-Regolament.

3.  Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu, inter alia:

(a) eżami tas-sistema ta’ diliġenza dovuta, inklużi l-valutazzjoni tar-riskju u l-proċeduri tal-mitigazzjoni tar-riskju;

(b) eżami ta’ dokumentazzjoni u rekords li juru t-tħaddim kif suppost tas-sistema u l-proċeduri ta’ diliġenza dovuta;

(c) kontrolli għal għarrieda, inklużi verifiki fil-post.

4.  L-operaturi għandhom joffru kull għajnuna meħtieġa biex jiffaċilitaw it-twettiq tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1, b’mod partikolari rigward l-aċċess għall-binjiet u l-preżentazzjoni ta’ dokumenti jew rekords.

5.  Bla ħsara għall-Artikolu 19, meta, wara l-kontrolli msemmijin fil-paragrafu 1, jinstabu xi nuqqasijiet, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu notifika ta’ azzjonijiet ta’ rimedju li jridu jittieħdu mill-operatur. Barra minn hekk, skont il-gravità tan-nuqqasijiet misjuba, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri interim immedjati inkluż inter alia:

(a) il-konfiska tal-injam u tal-prodotti tal-injam;

(b) il-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq tal-injam u l-prodotti tal-injam.

Artikolu 11 Rekords tal-kontrolli

Artikolu 11

Rekords tal-kontrolli

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu rekords tal-kontrolli msemmijin fl-Artikolu 10(1), u jindikaw b’mod partikolari n-natura tagħhom u r-riżultati, kif ukoll ta’ kwalunkwe notifika ta’ azzjonijiet ta’ rimedju meħuda taħt l-Artikolu 10(5). Għandhom jinżammu rekords tal-kontrolli kollha għal mill-inqas ħames snin.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli f’konformità mad-Direttiva 2003/4/KE.

Artikolu 12 Koperazzjoni

Artikolu 12

Koperazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoperaw ma’ xulxin, mal-awtoritajiet amministrattivi ta’ pajjiżi terzi u mal-Kummissjoni sabiex jiżguraw konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar nuqqasijiet serji li jinstabu permezz tal-kontrolli msemmijin fl-Artikoli 8(4) u 10(1) u dwar it-tipi ta’ pieni imposti f’konformità mal-Artikolu 17 mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u mal-Kummissjoni.

Artikolu 13 Għajnuna teknika, gwida u skambju ta’ tagħrif

Artikolu 13

Għajnuna teknika, gwida u skambju ta’ tagħrif

1.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-operatur li jeżerċita d-diliġenza dovuta skont l-Artikolu 4(2), l-Istati Membri, megħjuna mill-Kummissjoni, jistgħu, fejn xieraq, jipprovdu għajnuna teknika u għajnuna u gwida oħrajn lill-operaturi, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni ta’ impriżi ta’ daqs żgħir u medju, sabiex tkun iffaċilitata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, partikolarment b’rabta mal-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ diliġenza dovuta skont l-Artikolu 6.

2.  L-Istati Membri, megħjuna mill-Kummissjoni, jistgħu, fejn xieraq, jiffaċilitaw l-iskambju u t-tixrid tat-tagħrif rilevanti dwar il-qtugħ illegali, b’mod partikolari bil-għan li jgħinu lill-operaturi jivvalutaw ir-riskju kif stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1), u dwar l-aħjar prattiki rigward l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

3.  L-għajnuna għandha tingħata b’mod li ma tikkompromettix ir-responsabilitajiet tal-awtoritajiet kompetenti u li tħares l-indipendenza tagħhom fl-infurzar ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 14 Emendi tal-Anness

Artikolu 14

Emendi tal-Anness

Sabiex jittieħed kont, min-naħa waħda, tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari dik identifikata fir-rappurtar imsemmi fl-Artikolu 20(3) u (4) u permezz tal-iskambju ta’ tagħrif kif imsemmi fl-Artikolu 13, u min-naħa l-oħra, l-iżviluppi fir-rigward ta’ karatteristiċi tekniċi, l-utenti finali u l-proċessi ta’ produzzjoni tal-injam u l-prodotti tal-injam, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE billi temenda u tissupplimenta l-lista ta’ injam jew prodotti tal-injam stabbiliti fl-Anness. Dawn l-atti m’għandhomx joħolqu piż sproporzjonat fuq l-operaturi.

Għall-atti delegati msemmijin f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 15, 16 u 17.

Artikolu 15 Eżerċizzju tad-delega

Artikolu 15

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħat ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(3), 8(7) u 14 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ seba’ snin mit-2 ta’ Diċembru 2010. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport dwar is-setgħat delegati mhux iktar tard minn minn tliet xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ tliet snin wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Id-delega tas-setgħat għandha tiġġedded awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokahiex f’konformità mal-Artikolu 16.

2.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.  Is-setgħat ta’ adozzjoni tal-atti delegati għandhom jingħataw lill-Kummissjoni taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 16 u 17.

Artikolu 16 Revoka tad-delega

Artikolu 16

Revoka tad-delega

1.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 6(3), 8(7) u 14 tista’ tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’kull mument.

2.  L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk għandiex tirrevoka d-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat iddelegati li jistgħu jkunu suġġetti għal revoka u r-raġunijiet possibbli għar-revoka.

3.  Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 17 Oġġezzjonijiet għal atti delegati

Artikolu 17

Oġġezzjonijiet għal atti delegati

1.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien xahrejn mid-data ta’ notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.

2.  Jekk, meta jiskadi dan il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stabbilita fih.

L-att iddelegat jista’ jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3.  Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, l-att m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att delegat.

Artikolu 18 Kumitat

Artikolu 18

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, Governanza u Kummerċ (FLEGT) stabbilit taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005.

2.  Fejn ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat għal tliet xhur.

Artikolu 19 Pieni

Artikolu 19

Pieni

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati.

2.  Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jistgħu jinkludu, inter alia:

(a) multi proporzjonali għall-ħsara ambjentali, il-valur tal-injam jew tal-prodotti tal-injam konċernati u t-telf ta’ taxxi u d-detriment ekonomiku li jirriżultaw mill-ksur, bil-kalkolu tal-livell ta’ tali pieni isir b’tali mod li jiżgura li dawn iċaħħdu b’mod effikaċi lil min hu responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi li joriġinaw mill-ksur gravi tagħhom, bla ħsara għad-dritt leġittimu li jeżerċitaw professjoni u biż-żieda gradwali tal-limitu ta’ tali multi għal ksur gravi ripetut;

(b) il-konfiska tal-injam u prodotti tal-injam konċernati;

(c) is-sospensjoni immedjata tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċ.

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

Artikolu 20 Monitoraġġ tal-implimentazzjoni u aċċess għall-informazzjoni

Artikolu 20

▼M1

Monitoraġġ tal-implimentazzjoni u aċċess għall-informazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku u lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April ta’ kull sena, l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament matul is-sena kalendarja preċedenti. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-format u l-proċedura għall-Istati Membri biex jagħmlu t-tali informazzjoni disponibbli. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

2.  Fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, fuq bażi annwali, ħarsa ġenerali fil-livell tal-Unjoni fuq il-bażi tad-data ppreżentata mill-Istati Membri. Fit-tħejjija ta’ dik il-ħarsa ġenerali, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom iqisu l-progress li jkun sar rigward il-konklużjoni u l-operazzjoni tal-FLEGT VPAs skont ir-Regolament (KE) Nru 2173/2005 u l-kontribut tagħhom sabiex tkun imminimizzata l-preżenza fis-suq intern tal-injam maħsud b’mod illegali jew ta’ prodotti tal-injam ġejjin minn tali injam.

3.  Sat-3 ta’ Diċembru 2021, u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina, fuq il-bażi tal-informazzjoni, b’mod partikolari l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, u l-esperjenza bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-funzjonament u l-effikaċja ta’ dan ir-Regolament, inkluż il-prevenzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ injam maħsud b’mod illegali jew prodotti tal-injam ġejjin minn tali injam. B’mod partikolari għandha tqis il-konsegwenzi amministrattivi għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u l-kopertura tal-prodott. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tar-rieżami u takkumpanja rapporti bħal dawn, jekk neċessarju, bi proposti leġislattivi xierqa.

▼B

4.  L-ewwel mir-rapporti msemmija fil-paragrafu 3 għandu jinkludi valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika u kummerċjali attwali tal-Unjoni għal dak li għandu x’jaqsam ma’ prodotti elenkati taħt il-Kapitolu 49 tan-Nomenklatura Magħquda, b’kunsiderazzjoni partikolari tal-kompetittività tas-setturi rilevanti, sabiex titqies l-inklużjoni possibbli tagħhom fil-lista ta’ injam u prodotti tal-injam stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-effettività tal-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ injam maħsud b’mod illegali jew prodotti tal-injam ġejjin minn tali injam kif stipulat fl-Artikolu 4(1) kif ukoll tas-sistemi ta’ diliġenza dovuta kif stipulat fl-Artikolu 6.

Artikolu 21 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mit-3 ta’ Marzu 2013. Madankollu, l-Artikoli 6(2), 7(1), 8(7) u 8(8) għandhom japplikaw mit-2 ta’ Diċembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

ANNESS

ANNESS

Injam u prodotti tal-injam kif ikklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ( 3 ), li għalihom japplika dan ir-Regolament

— 4401 Ħatab, fi zkuk, fi zkuk ħoxnin, fi friegħi, f’qatet ta’ għesieleġ jew forom simili; injam f’laqx jew fi frak; serratura u rimi tal-injam u skart, kemm jekk ikunu miġbura fi zkuk, trab tal-faħam ippressat, pritkuna jew forom bħal dawn,

— 4403 Injam mhux irfinat, anki jekk bil-qoxra, l-ilbieba jew skwerrat b’mod mhux preċiż,

— 4406 Travi tal-injam mimdudin (sleepers, cross-ties) għal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm,

— 4407 Injam isserrat jew maqtugħ f’laqx għat-tul, imfellel jew imqaxxar, huwiex jew le inċanat, xkatlat jew imġannat fit-truf, eħxen minn 6 mm,

— 4408 Folji għall-kisi tal-injam (inklużi dawk li jinkisbu billi jkun imfettet l-injam laminat), għall-plajwud jew għal injam laminat simili u injam ieħor, maqtugħ għat-tul, imfettet jew imqaxxar, sew jekk illixxat, xkatlat, imwaħħal jew ġonġut mit-tarf u sew jekk le, ta’ ħxuna ta’ mhux iktar minn 6 mm,

— 4409 Injam (inklużi strixxi u freġji għal kisi ta’ art bil-parkè, mhux immuntat) b’forma kontinwa (mudullun, kanal, irbattut, ċanfrin, ingast-V, biż-żibeġ, iffurmat, ittundjat jew hekk) tul xi xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf jew le,

— 4410 Bord tal-injam mill-frak, bord tat-tip oriented strand board (OSB) u bord simili (per eżempju, waferboard) tal-injam jew ta’ materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-rażi jew sustanzi organiċi oħrajn li jgħaqqdu jew le,

— 4411 Fibreboard tal-injam jew materjal ieħor tal-injam, sew jekk magħqud bir-raża jew sustanzi organiċi oħra jew le,

— 4412 Plajwud, pannelli miksija u injam laminat simili,

— 4413 00 00 Injam iddensifikat, fi blokki, folji, strixxi jew forom tal-profil,

— 4414 00 Gwarniċi tal-injam għal pitturi, ritratti, mirja jew oġġetti bħal dawn,

— 4415 Kontenituri għall-ippakkjar, kaxex, ċestuni, tankijiet u kontenituri simili, tal-injam; rukkelli tal-injam għall-kejbil; pallets, pallets forma ta’ kaxxa jew twavel oħrajn għat-tagħbija, tal-injam; għenuq tal-pallets tal-injam; twiebet,

— (Materjal mhux tal-ippakkjar użat esklużivament bħala materjal tal-ippakkjar biex jirfed, jipproteġi jew iġorr prodott ieħor imqiegħed fis-suq.)

— 4416 00 00 Bittiji, bramel, tankijiet, tnellijiet u prodotti oħra tal-buttar, u partijiet tagħhom, tal-injam, inkluż injam imqawwes,

— 4418 Xogħol tal-mastrudaxxa u tal-karpentrija tal-injam għall-bennejja, inklużi pannelli ċellulari tal-injam, panelli mmuntati għall-art, twavel tal-kisi u shakes,

— Polpa u karta tal-Kapitoli 47 u 48 tan-Nomenklatura Magħquda, għajr għal prodotti li għandhom bażi ta’ bambù u rkuprati (rimi u skart),

— Għamara tal-injam 9403 30 , 9403 40 , 9403 50 00 , 9403 60  u 9403 90 30 ,

— 9406 00 20 Bini prefabbrikat.


( 1 ) ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.

( 2 ) ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.

( 3 ) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R0995
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.