+7.2 Informazzjoni dwar l-istrateġija tal-finanzjament
---+42. Dwar l-istrateġija tal-finanzjament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li …
---+43. Dwar l-evidenzjar tal-implimentazzjoi sħiħa tal-istrateġija tal-finanzjament, l-awtoritajiet …

7.2 Informazzjoni dwar l-istrateġija tal-finanzjament

7.2.1 Il-metodoloġija u d-dokumentazzjoni tal-politika

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
42. Dwar l-istrateġija tal-finanzjament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li …

Dwar l-istrateġija tal-finanzjament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li mill-istituzzjonijiet jirċievu dan li ġej:

  • a. deskrizzjoni tal-istabbiliment ġenerali tal-pjan ta' finanzjament, inkluż sorsi ta' finanzjament, tenuri, swieq ewlenin, il-prodotti użati, eċċ.;
  • b. fejn adegwat, dokument ta' politika dwar iż-żamma tal-preżenza fis-swieq, sabiex ikun żgurat u perjodikament jiġi ttestjat l-aċċess għas-swieq u l-kapaċità tal-ġbir tal-flus tal-istituzzjoni, fejn ikun rilevanti;
  • c. fejn ikun adegwat, dokument ta' politika dwar ir-riskju tal-konċentrazzjoni tal-finanzjament, inkluż dwar il-prinċipji għall-kejl u l-monitoraġġ tal-korrelazzjoni bejn is-sorsi tal-finanzjament u l-konnessjoni ekonomika bejn id-depożitanti u fornituri oħra tal-likwidità;
  • d. fejn adegwat, politika dwar il-finanzjament f'muniti barranin, inkluż l-iktar suppożizzjonijiet rilevanti fir-rigward tad-disponibbiltà u l-konvertibbiltà ta' dawn il-muniti.

7.2.2 Dokumentazzjoni operazzjonali

43. Dwar l-evidenzjar tal-implimentazzjoi sħiħa tal-istrateġija tal-finanzjament, l-awtoritajiet …

Dwar l-evidenzjar tal-implimentazzjoi sħiħa tal-istrateġija tal-finanzjament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li mill-istituzzjonijiet jirċievu dan li ġej:

  • a. il-pjan tal-finanzjament attwali;
  • b. ħarsa ġenerali kwantitattiva tal-karatteristiċi, bħal volumi, prezzijiet u l-aptit tal-investitur ta' fondi riċenti miġbura u analiżi tal-fattibbiltà tal-eżekuzzjoni tal-pjan tal-finanzjament meqjus (bidliet fil-)volatilità tas-suq;
  • c. ħarsa ġenerali li tħares 'il quddiem dwar l-iżvilupp (mixtieq) tal-pożizzjoni tal-finanzjament tul orizzont taż-żmien li jħares 'il quddiem, speċifikat fil-Linji gwida tal-EBA dwar id-definizzjonijiet u l-mudelli armonizzati għall-pjanijiet ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet ta' kreditu skont ir-Rakkomandazzjoni A4 tal-BERS/2012/24 ;
  • d. valutazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja u r-riskju tal-finanzjament wara l-eżekuzzjoni tal-pjan ta' finanzjament;
  • e. informazzjoni dwar l-ittestjar b'lura tal-pjan ta' finanzjament, f'konformità mar-rekwiżiti tal-Linji gwida tal-EBA dwar id-definizzjonijiet u l-formoli armonizzati għall-pjanijiet ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, skont ir-Rakkomandazzjoni A4 tal-BERS/2012/2.

4 EBA/GL/2014/04 tad-19 ta’ Ġunju 2014

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.