+55. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …

55. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …

Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom, mingħajr preġudizzju għad - dispożizzjonijiet tar -Re golament Delegat tal - Kummissjoni (UE) Nru 524/2014 u r- Regolament ta' Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) Nru 620/2014, jiżguraw li jikkondividu mill - inqas, b'mod proporzjonat u xieraq, informazzjoni adegwata dwar il - punti li ġejjin:

  • a. rapporti tal - awditjar intern u, fejn disponibbli, awditjar estern u r - rapporti tar - riskju intern tal - istituzzjoni li jiffokaw fuq il - pożizzjoni tal - fergħa fl - istituzzjoni u fuq ir - riskji meħuda mill - istituzzjoni permezz tal - fergħa sinifikanti ħafna;
  • b. ir- rapporti tal - likwidità mill - istituzzjoni miġbura skont l - Artikolu 415 tar - Regolament (UE) Nru 575/2013;
  • c. kwalunkwe informazzjoni rilevanti li l - awtorità kompetenti tad - domiċilju jew dik ospitanti tkun akkwistat mill - istituzzjoni waqt li kienet qiegħda tiżviluppa l - valutazzjoni ta r- riskju tal - fergħa skont it - Taqsima 5.1 ta' dawn il - linji gwida;
  • d. rapporti li jiġbru fil - qosor is - sejbiet tal - verifiki u l - ispezzjonijiet fuq il - post tal - fergħa mwettqa mis - superviżur konsolidanti jew mill - awtorità kompetenti tad - domiċilju jew ospitanti skont it - Taqsima 5.3 ta' dawn il - linji gwida, li jiffokaw fuq il - pożizzjoni tal - fergħa fi ħdan il - grupp u fuq ir - riskji meħuda mill - istituzzjoni permezz tal - fergħa sinifikanti ħafna;
  • e. informazzjoni dwar miżuri superviżorji speċifiċi għall - fergħa jew miżuri oħ rajn meħuda jew ippjanati mis - superviżuri konsolidanti jew mill - awtorità kompetenti tad - domiċilju (ara wkoll it - Taqsima 5.5);

16

  • f. kwalunkwe miżura prekawzjonarja meħuda mill - awtorità kompetenti ospitanti abbażi tal - Artikolu 43 tad - Direttiva 2013/36/UE u miżuri meħuda abbażi tal - Artikolu 50(4) ta’ dik id - Direttiva (ara wkoll it - Taqsima 5.5);
  • g. informazzjoni dwar bidliet ewlenin li ġejjin li jaffettwaw il - fergħa, bħal bidliet fis - sistema tal - IT jew mudell tan - negozju tal - istituzzjoni, u kwalunkwe arranġament ta’ kontinwità u kontinġenza rilevanti tan - negozju;
  • h. informazzjoni dwar avvenimenti operazzjonali, inkluż kwalunkwe difett jew tfixkil sostanzjali fis - servizzi pprovduti lill - klijenti, fis - servizzi ta’ pagament jew fis - sistemi tal - IT sa fejn huma rilevanti għall - fergħa, inklużi attakki u theddid ċibernetiċi jew għas - sigurtà tal - informazzjoni, kif ukoll tfixkil jew difetti li jagħmlu ħsara jew jipperikolaw il - kapaċità tal - fergħa milli tkompli l - attivitajiet kummerċjali tagħha jew milli tissodisfa l - obbligi tagħha bħala fornitur tas - sistemi ta’ pagament u tas - servizzi ta’ pagament.
  • i. informazzjoni dwar strateġiji jew pjanijiet ta’ negozju li jirrelataw mal - operazzjonijiet futuri tal - fergħa, inklużi iżda mhux limitati għal kwalunkwe offerta ta’ prodotti jew servizzi ġodda sinifikanti mhux koperti mill - Artikolu 39 tad - Direttiva 2013/36/UE;
  • j. dokumentazzjoni li ġejja mill - applikazzjoni tal - Artikoli 143, 151(4) u (9), 283, 312 u 363 tar - Regolament (EU) No 575/2013;
  • k. informazzjoni rilevanti għall - valutazzjoni tal - pjan ta’ rkupru tal - grupp jew tal -pjan tal - istituzzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.