+107. L- istituzzjonijiet għandhom ikollhom stabbiliti politiki li jirregolaw l - issettjar u l - …
|
107. L- istituzzjonijiet għandhom ikollhom stabbiliti politiki li jirregolaw l - issettjar u l - …
L- istituzzjonijiet għandhom ikollhom stabbiliti politiki li jirregolaw l - issettjar u l - valutazzjoni regolari tas - suppożizzjonijiet ewlenin għat - trattament ta’ entrati li jidhru u li ma jidhrux fil - karta tal- bilanċ li jkollhom opzjonijiet inkorporati fil - qafas tagħhom tar - riskju taċ - ċaqliq fir -rata tal-imgħax. Dan ifisser li l - istituzzjonijiet għandhom: - (a) jidentifikaw il - prodotti u l - elementi materjali kollha soġġetti għal opzjonijiet inkorporati li jistgħu jaffettwaw jew ir -rata tal- imgħax iddebitata jew inkella d -data tal- ipprezzar mill - ġdid komportamentali (minflok id -data tal- maturità kuntrattwali) tal - bilanċi rilevanti;
- (b) ikollhom strateġiji xierqa ta’ pprezzar u ta’ mitigazzjoni tar - riskji (eż. l - użu ta’ derivattivi) sabiex jiġġestixxu l - impatt tal - opzjonalità fi ħdan il - predispożizzjoni għar - riskju, li jistgħu jinkludu penali għat - tifdija bikrija li jiġu ddebitati lill - klijent bħala tpaċija għall - ispejjeż ta’ terminazzjoni potenzjali (fejn ikun permess);
- (c) jiżguraw li l - immudellar ta’ suppożizzjonijiet ewlenin dwar l - imġiba jkun ġustifikabbli b’relazzjoni mad - data storika ta’ bażi, u bbażat fuq ipoteżi prudenti;
- (d) ikunu kapaċi juru li għandhom immudellar preċiż (ittestjat b’mod retrospettiv mal - esperjenza);
- (e) iżommu dokumentazzjoni xierqa dwar is - suppożizzjonijiet fil - politiki u l - proċeduri tagħhom, u j kollhom proċess biex iżommuhom taħt rieżami;
- (f) jifhmu s - sensittività tal - outputs tal - kejl tar - riskju tal - istituzzjoni għal dawn is - suppożizzjonijiet, inkluż li jwettqu ttestjar tal - istress tas - suppożizzjonijiet u li jieħdu inkunsiderazzjoni r - riżultati ta’ d awn it- testijiet fid - deċiżjonijiet dwar l - allokazzjoni tal - kapital intern; u
- (g) iwettqu validazzjoni interna regolari ta’ dawn is - suppożizzjonijiet biex jivverifikaw l - istabbiltà tagħhom maż - żmien u jaġġustawhom jekk ikun meħtieġ.
- b) Suppożizzjonijiet dwar l - imġiba għal kontijiet tal - klijenti mingħajr dati speċifiċi għall - ipprezzar mill - ġdid
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|