+89. Kultura tar- riskju b’saħħitha għandha tinkludi iżda mhux neċessarjament tkun limitata għal: a. …

89. Kultura tar- riskju b’saħħitha għandha tinkludi iżda mhux neċessarjament tkun limitata għal: a. …

Kultura tar- riskju b’saħħitha għandha tinkludi iżda mhux neċessarjament tkun limitata għal:

  • a. It-ton minn fu q: il - korp maniġerjali għandu jkun responsabbli mill -istabbiliment u mill-komunikazzjoni tal-valuri fundamentali u tal-aspettattivi tad-ditta tal-investiment. L-imġiba tal - membri tagħha għandha tirrifletti dawn il -valuri. Il- maniġment tad -ditti tal-investi ment, inkluż id - detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin, għandu jikkontribwixxi għall - komunikazzjoni interna tal-valuri fundamentali u tal-aspettattivi lill-persunal. Il-persunal għandu jaġixxi f’konformità mal - liġijiet u r -regolamenti kollha applikabbli u jirr eferi minnufih nuqqas ta’ konformità osservata fi ħdan jew barra mid -ditta tal-investiment (eż. lill - awtorità kompetenti permezz ta’ proċess ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta). Il- korp maniġerjali għandu fuq bażi kontinwa jippromwovi, jimmonitorja u jivvaluta l-kultura tar-riskju tad-ditta tal- investiment; iqis l -impatt tal-kultura tar- riskju fuq l - istabbiltà finanzjarja, fuq il -profil tar- riskju u fuq il -governanza robusta tad-ditta tal- investiment; u jagħmel tibdil fejn meħtieġ.
  • b. Obbligu ta’ rendikont: il-persunal rilevanti fil- livelli kollha għandu jkun jaf u jifhem il - valuri fundamentali tad-ditta tal- investiment u, sa fejn ikun meħtieġ għar - rwol tiegħu, il- predispożizzjoni għar -riskju u l- kapaċità għar - riskju tagħha. Għandhom ikunu kapaċi jwettqu ir - rwol tagħhom u jkunu konxji li se jinżammu responsabbli mill -azzjonijiet tagħhom fir -rigward tal- imġiba ta’ teħid tar -riskji tad-ditta tal-investiment.
  • c. Komunikazzjoni u kontestazzjoni effettivi: kultura tar - riskju b’saħħitha għandha tippromwovi ambjent ta ’ komunikazzjoni miftuħa u kontestazzjoni effettiva li fih il - proċessi tat - teħid ta’ deċiżjonijiet jinkoraġġixxu firxa wiesgħa ta’ fehmiet, jippermettu ttestjar ta’ prattiki kurrenti, jistimulaw attitudni kritika u kostruttiva fost il-persunal, u jippromwo vu ambjent ta’ impenn miftuħ u kostruttiv fl -organizzazzjoni kollha.
  • d. Inċentivi: inċentivi xierqa għandu jkollhom rwol ewlieni fl -allinjament tal- imġiba tat - teħid ta’ riskji mal -profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment u mal-interess fit-tul tagħha19 .

19 Jekk jogħġbok irreferi wkoll għal -linji gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2034/2019

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.