+11. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u ddefiniti fir - Regolament (UE) …

11. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u ddefiniti fir - Regolament (UE) …

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u ddefiniti fir - Regolament (UE) 2019/20334 , fid - Direttiva (UE) 2019/2034 jew fid - Direttiva 2014/59/UE5 għandhom l - istess tifsira f’dawn il - linji gwida. Għall - finijiet tal - linji gwida, japplikaw id - definizzjonijiet li ġejjin:

“Superviżur fil - qasam tal - AML/CFT” tfisser awtorità kompetenti responsabbli mis - superviżjoni tal - konformità tad - ditti tal - investiment mad - dispożizzjonijiet tad - Direttiva (UE) 2015/849.

“Riskju ta’ kondotta” tfisser ir - riskju attwali jew prospettiv ta’ telf lil ditta tal - investiment li jirriżulta minn każijiet ta’ mġiba ħażina volontarja jew negliġenti, inkluż il - forniment mhux xieraq ta’ servizzi finanzjarji.

“Proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l - adegwatezza tal - kapital u proċess intern tal - valutazzjoni tar - riskju (ICARAP)” tfisser l - arranġamenti, l - istrateġiji u l - proċessi msemmija fl - Artikolu 24 tad - Direttiva (UE) 2019/2034, li jistgħu jkomplu jinqasmu fi:

“Proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l - adegwatezza tal - kapital (ICAAP)” tfisser arranġamenti, strateġiji u proċessi biex jiġu vvalutati u miżmuma fuq bażi kontinwa l - ammonti, it - tipi u d - distribuzzjoni tal - kapital intern li d - ditti ta’ investiment iqisu adegwat biex ikopru n - natura u l - livell tar - riskji li jistgħu joħolqu għal oħrajn u li għalihom id - ditti ta’ investiment infushom huma jew jistgħu jkunu esposti; u

“Proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l - adegwatezza tal - likwidità (ILAAP)” tfisser arranġamenti, strateġiji u proċessi biex jiġu vvalutati u miżmuma fuq bażi kontinwa l - ammonti, it - tipi u d - distribuzzjoni ta’ assi likwidi li d - ditti ta’ investiment iqisu adegwati biex ikopru n - natura u l - livell tar - riskji li jistgħu joħolqu għal oħrajn u li għalihom id - ditti ta’ investiment infushom huma jew jistgħu jkunu esposti.

“Riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax” (IRR) tfisser ir - riskju attwali jew prospettiv għall - qligħ tad - ditta tal - investiment u l - fondi proprji li jirriżultaw minn movimenti negattivi fir - rati tal - imgħax.

“Likwidità fl - istess ġurnata” tfisser il - fondi li jistgħu jiġu aċċessati matul il - jum tan - negozju biex id - ditta tal - investiment tkun tista’ tagħmel pagamenti fil - ħin reali.

4 Ir- Regolament (UE) 2019/2033 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tas -27 ta’ Novembru 2019 dwar ir- rekwiżiti prudenzjali tad - ditti tal - investiment u li jemenda r - Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1). 5 Id- Direttiva 2014/59/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal -15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall - irkupru u r -

riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d - Direttiva tal - Kunsill 82/891/KE u Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u Regolamenti (UE) Nru 1093/201 0 u (UE) Nru 648/2012, tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).d - r - 4

“Riskju ta’ likwidità fl - istess ġurnata” tfisser ir - riskju attwali jew prospettiv li d - ditta tal - investiment mhux se jirnexxielha timmaniġġa l - ħtiġijiet ta’ likwidità fl - istess ġurnata tagħha b’mod effettiv.

“Riskju tat - teknoloġiji tal - informazzjoni u tal - komunikazzjoni (ICT)” tfisser riskju ta’ telf

minħabba l - ksur tal - kunfidenzjalità, in - nuqqas ta’ integrità ta’ sistemi u data ,l-

inadegwatezza jew in - nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ sistemi u data , jew in - nuqqas ta’ kapaċità għall - bdil tal - IT fi żmien u bi spejjeż raġonevoli meta r - rekwiżiti tal - ambjent jew tan - negozju jinbidlu (jiġifieri l - aġilità).

“Rekwiżit makroprudenzjali” jew “miżura” tfisser rekwiżit jew miżura imposti minn awtorità kompetenti jew nominata biex jindirizzaw riskju makroprudenzjali jew sistemiku.

“Superviżur tas - suq” tfisser awtorità kompetenti responsabbli mis - superviżjoni tal - konformità tad - ditti tal - investiment mad - dispożizzjonijiet tad - Direttiva 2014/65/UE6 .

“Riskju ta’ ħasil tal - flus u finanzjament tat - terroriżmu (ML/TF)” tfisser ir - riskju kif iddefinit fil - Linji Gwida tal -EBA dwar il- fatturi tar - riskju ta’ ML/TF7 .

“Valutazzjoni SREP ġenerali” tfisser il - valutazzjoni aġġornata tal - vijabbiltà ġenerali ta’ ditta ta l- investiment bbażata fuq valutazzjoni tal - elementi SREP.

“Punteġġ SREP ġenerali” tfisser l - indikatur numeriku tar - riskju ġenerali għall - vijabbiltà tad - ditta tal - investiment bbażat fuq il - valutazzjoni SREP ġenerali.

“Gwida tal - pilastru 2 (P2G)” tfisser il - livell u l - kwalità tal - fondi proprji li d - ditta tal - investiment hija mistennija li jkollha ’l fuq mir - rekwiżiti tal - fondi proprji tagħha, iddeterminati f’konformità mal - Artikolu 41 tad - Direttiva (UE) 2019/2034.

“Rekwiżit tal - pilastru 2 (P2R)” jew “rekwiżiti addizzjonali tal - fondi proprji” tfisser ir - rekwiżiti addizzjonali tal - fondi proprji imposti f’konformità mal - Artikolu 40 tad - Direttiva (UE) 2019/2034.

“Riskju reputazzjonali” tfisser ir - riskju attwali jew prospettiv għall - qligħ, il - fondi proprji jew il-l ikwidità tad - ditta tal - investiment li jirriżultaw minn dannu lir - reputazzjoni tad - ditta tal - investiment.

“Aptit għar - riskju” tfisser il - livell aggregat u t - tipi ta’ riskji li d - ditta tal - investiment lesta li tieħu fi ħdan il - kapaċità tagħha tar - riskju, b’mod konformi mal - mudell tan - negozju tagħha, sabiex tilħaq l - objettivi strateġiċi tagħha.

6 Id- Direttiva 2014/65/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal -15 ta’ Mejju 2014 dwar is - swieq fl - istrumenti finanzjarji u li temenda d - Direttiva 2002/92/KE u d - Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349). 7 Linji Gwida tal - EBA skont l - Artikoli 17 u 18(4) tad - Direttiva (UE) 2015/849 dwar id - diliġenza dovuta tal - klijenti u l - fatturi li l- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jikkunsidraw meta jivvalutaw ir - riskju tal - ħasil tal - flus u l - finanzjament tat - terroriżmu assoċjat ma’ relazzjonijiet ta’ negozju individwali u tranżazzjonijiet okkażjonali (“Il -Linji Gwida dwar il-Fatturi tar - riskju ta’ ML/TF”) (EBA/GL/2021/02)

5

“Punteġġ tar - riskju” tfisser l - espressjoni numerika li tiġbor fil - qosor il - valutazzjoni superviżorja ta’ riskju individwali għall - kapital, il - likwidità u l - finanzjament billi tirrappreżenta l - probabbiltà li riskju se jkollu impatt prudenzjali sinifikanti fuq id - ditta tal - investiment wara li tqis il - ġestjoni u l - kontrolli tar - riskju u qabel il - kunsiderazzjoni tal - kapaċità tad - ditta tal - investiment biex timmitiga ir - riskju permezz ta’ riżorsi tal - kapital jew tal - likwidità disponibbli.

“Riskji għall - kapital” tfisser riskji differenti li, jekk jimmaterjalizzaw, se jkollhom impatt prudenzjali sinifikanti fuq il - fondi proprji tad - ditta tal - investiment matul it -12- il xahar li jm iss. Dawn jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, riskji koperti mill - Artikoli 29 u 36 tad - Direttiva (UE) 2019/2034.

“Riskji għal - likwidità u l - finanzjament” tfisser riskji differenti li, jekk jimmaterjalizzaw, se jkollhom impatt prudenzjali sinifikanti fuq il- likwidità tad - ditta tal - investiment fuq perjodi ta’ żmien differenti.

“Element SREP” tfisser waħda minn dawn li ġejjin: analiżi tal - mudell tan - negozju, valutazzjoni tal - governanza interna u kontrolli tar - riskju fid - ditti kollha, valutazzjoni tar - riskji għall - kapital, valutazzjoni tal - kapital SREP, valutazzjoni tar - riskji għal - likwidità u l - finanzjament, jew valutazzjoni tal - likwidità SREP.

“Punti ta’ riferiment superviżorji” tfisser għodod kwantitattivi speċifiċi għar - riskju żviluppati mill- awtorità kompetenti sabiex tipprovdi stima tal - fondi proprji meħtieġa biex ikopru riskji jew elementi ta’ riskji mhux koperti mir - Regolament (UE) 2019/2033.

“Punteġġ tal - vijabbiltà” tfisser l - espressjoni numerika li tiġbor fil - qosor il - valutazzjoni superviżorja ta’ element tal - SREP u tirrappreżenta indikazzjoni tar - riskju għall - vijabbiltà tad - ditta tal - investiment li joħroġ mill - element tal - SREP ivvalutat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.