+Artikolu 36 Rieżami u evalwazzjoni superviżorji
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
---+Artikolu 36 3.
---+Artikolu 36 4.

Artikolu 36 Rieżami u evalwazzjoni superviżorji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 36 1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw, sal-punt rilevanti u meħtieġ, filwaqt li jieħdu kont tad-daqs, il-profil ta' riskju u l-mudell ta' negozju tad-ditta tal-investiment, l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mid-ditti tal-investiment sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva u mar-Regolament (UE) 2019/2033 u jevalwaw dan li ġej bħala adatt u rilevanti, sabiex ikunu żgurati l-maniġment tajjeb u l-kopertura tar-riskji tagħhom:

(a) 

ir-riskji msemmija fl-Artikolu 29;

(b) 

iż-żona ġeografika tal-iskoperturi tad-ditta tal-investiment;

(c) 

il-mudell kummerċjali tad-ditta tal-investiment;

(d) 

il-valutazzjoni tar-riskju sistemiku, filwaqt li jittieħed kont tal-identifikazzjoni u tal-kejl tar-riskju sistemiku skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-BERS;

(e) 

ir-riskji li jaffaċċjaw is-sigurtà tan-netwerk u s-sistemi ta' informazzjoni tad-ditti tal-investiment sabiex ikunu żgurati l-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tal-proċessi, id-data u l-assi tagħhom;

(f) 

l-iskopertura tad-ditti tal-investiment għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar;

(g) 

l-arranġamenti ta' governanza tad-ditti tal-investiment u l-ħila tal-membri tal-korp maniġerjali biex iwettqu dmirijiethom.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont debitu ta' jekk id-ditti tal-investiment għandhomx assigurazzjoni ta' indennizz professjonali.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jimmonitorjaw l-iżviluppi fil-prattiki tad-ditti tal-investiment dwar il-ġestjoni tar-riskju ta’ konċentrazzjoni tagħhom li jirriżulta minn skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, inklużi l-pjanijiet żviluppati f’konformità mal-Artikolu 29(1) ta’ din id-Direttiva, kif ukoll il-progress li sar fl-adattament tal-mudelli tan-negozju tagħhom għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Artikolu 36 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu l-frekwenza u l-intensità tar-rieżami u tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 billi jqisu d-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditti tal-investiment ikkonċernati, u fejn rilevanti, l-importanza sistemika tagħhom, u billi jieħdu kont tal-prinċipju tal-proporzjonalità.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu fuq bażi ta' każ b'każ jekk u f'liema forma jitwettqu r-rieżami u l-evalwazzjoni fir-rigward tad-ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE)2019/2033, biss fejn dawn jaraw li huwa meħtieġ minħabba d-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet ta' dawk id-ditti tal-investiment.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, għandu jitqies id-dritt nazzjonali li jirregola s-segregazzjoni applikabbli għal flus tal-klijenti miżmuma.

Artikolu 36 3.
Meta jagħmlu r-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għall-aġendi, għall-minuti u għad-dokumenti ta' sostenn tal-laqgħat tal-korp maniġerjali u tal-kumitati tiegħu, u r-riżultati tal-evalwazzjoni interna jew esterna rigward il-prestazzjoni tal-korp maniġerjali.
Artikolu 36 4.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 58 biex tissupplimenta din id-Direttiva biex jiġi żgurat li l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi tad-ditti tal-investiment jiżguraw ġestjoni soda u kopertura tar-riskji tagħhom. B'hekk il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, b'mod partikolari l-feġġa ta' prodotti finanzjarji ġodda, l-iżviluppi fl-istandards kontabilistiċi u l-iżviluppi li jiffaċilitaw il-konverġenza tal-prassi superviżorji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.