+10.5 Applikazzjoni ta’ miżuri superviżorji oħrajn
---+381. Biex jindirizzaw nuqqasijiet speċifiċi identifikati fil - valutazzjoni tal - elementi SREP, l …
---+382. Miżuri superviżorji biex jindirizzaw nuqqasijiet identifikati fil - BMA x’aktarx jinvolvu l - …
---+383. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (b) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
---+384. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (e) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
---+385. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (f) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
---+386. Miżuri superviżorji biex jindirizzaw in - nuqqasijiet identifikati fil - valutazzjoni tal - …
---+387. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (b) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
---+388. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (g) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
---+389. Abbażi tal - eżiti tar - reviżjoni kwalitattiva tal - programmi tal - ittestjar tal - istress …
---+390. Miżuri superviżorji biex jindirizzaw nuqqasijiet identifikati fil - valutazzjoni tar - riskju …
---+391. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (b) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
---+392. F’konformità m al- Artikolu 39(2), il- punt (d) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
---+393. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punti (e) u (f) tad - Direttiva (UE) 2019/2034 …
---+394. Miżuri superviżorji biex jindirizzaw in - nuqqasijiet identifikati fil - valutazzjoni tar - …
---+395. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (b) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
---+396. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (e) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
---+397. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (f) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
---+398. Miżuri superviżorji biex jindirizzaw nuqqasijiet identifikati fil - valutazzjoni tar - riskju …
---+399. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (b) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l - …
---+400. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punti (e) u (f) tad - Direttiva (UE) 2019/2034 …
---+401. Irrispettivament mir - rekwiżit li jinżammu fondi proprji addizzjonali skont l - Artikolu …
---+402. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (k) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
---+403. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (b) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
---+404. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (k) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
|
10.5 Applikazzjoni ta’ miżuri superviżorji oħrajn
10.5 Applikazzjoni ta’ miżuri superviżorji oħrajn
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
381. Biex jindirizzaw nuqqasijiet speċifiċi identifikati fil - valutazzjoni tal - elementi SREP, l …
|
Biex jindirizzaw nuqqasijiet speċifiċi identifikati fil - valutazzjoni tal - elementi SREP, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw li japplikaw miżuri li mhumiex marbuta direttament mar - rekwiżiti kapitali jew tal - likwidità kwantitattivi. Din it - taqsima tipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżorji possibbli li jistgħu jiġu applikati bbażati fuq l - Artikolu 39 tad - Direttiva (UE) 2019/2034. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw miżuri superviżorji oħrajn kif stabbilit f’dak l - Artikolu jekk dawn ikunu aktar xierqa biex 111 jindirizzaw in - nuqqasijiet identifikati kif deskritt f’din it - taqs ima. L- għażla tal - miżuri għandha tqis ir - riżultati tal - valutazzjoni mwettqa f’konformità mat - Titoli 4, 5, 6 u 8 ta’ dawn il-linji gwida. L- analiżi tal - mudell kummerċjali
|
|
382. Miżuri superviżorji biex jindirizzaw nuqqasijiet identifikati fil - BMA x’aktarx jinvolvu l - …
|
Miżuri superviżorji biex jindirizzaw nuqqasijiet identifikati fil - BMA x’aktarx jinvolvu l - ħtieġa li d - ditta tal - investiment taġġusta arranġamenti ta’ governanza u ta’ kontroll biex tgħin fl - implimentazzjoni tal - mudell tan - negozju u l - istrateġija jew il - limitazzjoni ta’ ċerti attivitajiet kummerċjali.
|
|
383. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (b) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
|
F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (b) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li d - ditta tal - investiment tagħmel aġġustamenti għall - arranġamenti ta’ ġestjoni u kontroll tar - riskju, jew għall - arranġamenti ta’ governanza, biex taqbel mal - mudell tan - negozju jew l - istrateġija mixtieqa, permezz ta’ mezzi li jinkludu: - a. aġġustament tal - pjan finanzjarju preżunt fl - istrateġija, jekk ma jkunx appoġġat mill - ippjanar tal - kapital intern jew suppożizzjonijiet kredibbli;
- b. ħtieġa ta’ bidliet fl - istrutturi organizzattivi, rinfurzar ta’ ġestjoni tar - riskju u funzjonijiet ta’ kontroll u arranġamenti biex jappoġġaw l - implimentazzjoni tal - mudell tan - negozju jew l - istrateġija; u/jew
- c. ħtieġa ta’ tibdil u rinfurzar tas - sistemi tal - IT biex jappoġġaw l - implimentazzjoni tal - mudell tan - negozju jew l - istrateġija.
|
|
384. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (e) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
|
F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (e) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li d - ditta tal - investiment tagħmel bidliet fil - mudell tan - negozju jew l - istrateġija fejn: - a. dawn mhumiex appoġġati minn arranġamenti xierqa ta’ organizzazzjoni, governanza jew kontroll jew ġestjoni tar - riskju;
- b. dawn mhumiex appoġġati minn pjanijiet kapitali u operazzjonali, inkluża l - allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji, umani u teknoloġiċi (tal - IT) xierqa; u/jew
- c. hemm tħassib sinifikanti dwar is - sostenibbiltà tal - mudell tan - negozju.
|
|
385. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (f) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
|
F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (f) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu: - a. jeħtieġu lid - ditti tal - investiment inaqqsu r - riskju inerenti fil - prodotti li jori ġinaw/jiddistribwixxu, permezz ta’ mezzi li jinkludu:
| • | ħtieġa ta’ tibdil fir - riskji inerenti f’ċerti offerti tal - prodott; u/jew | | • | ħtieġa ta’ titjib għall - arranġamenti ta’ governanza u ta’ kontroll għall - iżvilupp u l - manutenzjoni tal - prodotti; 112 | | b. jeħtieġu lid permezz ta’mezzi | - ditta tal - investiment tnaqqas ir - riskju inerenti fis - sistemi tagħha, li jinkludu: | | • | ħtieġa ta’ titjib fis - sistemi, jew iżżid il - livell ta’ investiment jew tħaffif tal - implimentazzjoni ta’ sistemi ġodda; u/jew | | • | ħtieġa ta’ titjib għall - arranġamenti ta’ governanza u ta’ kontroll għall - iżvilupp u l - manutenzjoni tas - sistema; |
- c. jeħtieġu li d - ditti tal - investiment inaqqsu r - riskju inerenti fl - attivitajiet tagħhom, inklużi l - attivitajiet esternalizzati, permezz ta’ mezzi li jinkludu:
| • | ħtieġa ta’ tibdil jew tnaqqis ta’ ċerti attivitajiet bil - għan li jitnaqqas ir - riskju inerenti tagħhom; u/jew | | • | ħtieġa ta’ titjib fl - arranġamenti ta’ governanza u kontroll u s - sorveljanza tal - attivitajiet esternalizzati. |
Governanza interna u kontrolli fid - ditta ta l- investiment kollha
|
|
386. Miżuri superviżorji biex jindirizzaw in - nuqqasijiet identifikati fil - valutazzjoni tal - …
|
Miżuri superviżorji biex jindirizzaw in - nuqqasijiet identifikati fil - valutazzjoni tal - governanza interna u l - kontrolli fid - ditta tal - investiment kollha jistgħu jiffokaw fuq il - ħtieġa li d- ditta tal - investiment issaħħaħ l - arranġamenti ta’ governanza u ta’ kontroll, jew tnaqqas ir- riskju inerenti fil - prodotti, is - sistemi u l - operazzjonijiet tagħha. Meta japplikaw miżuri superviżorji biex jindirizzaw in - nuqqasijiet identifikati fil - valutazzjoni tal - governanza interna, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw mal - awtoritajiet kompetenti għall - finijiet tad - Direttiva 2014/65/UE sabiex in - nuqqasijiet/il - vulnerabbiltajiet sottostanti jiġu indirizzati b’mod konsistenti.
|
|
387. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (b) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
|
F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (b) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu: - a. jeħtieġu lid - ditta tal - investiment tagħmel bidliet fl - arranġamenti u l - organizzazzjoni ta’ governanza ġenerali, permezz ta’ mezzi li jinkludu li teħtieġ:
| • | bidliet fl - istruttura organizzattiva jew funzjonali, inklużi l - linji ta’ rapportar; | | • | emendi għall - politiki tar - riskju jew kif dawn jiġu żviluppati u implimentati fl - organizzazzjoni; u/jew | | • | żieda fit - trasparenza tal - arranġamenti ta’ governanza; |
- b. jeħtieġu lid - ditta tal - investiment tagħmel bidliet fl - organizzazzjoni, il - kompożizzjoni jew l - arranġamenti ta’ ħidma tal - korp maniġerjali;
- c. jeħtieġu lid - ditta tal - investiment issaħħaħ l - arranġamenti ġenerali tagħha ta’ ġestjoni tar - riskju, permezz ta’ mezzi li jinkludu li teħtieġ:
| • | 113 bidliet jew tnaqqis fl - aptit għar - riskju, jew l -arr anġamenti ta’ governanza għall - iffissar ta’ aptit għar - riskju, u l - iżvilupp tal - istrateġija ġenerali tar - riskju; | | • | titjib għal proċeduri u mudelli ICAAP jew ILAAP, meta dawn ma jitqisux adattati għall - iskop; | | • | tisħiħ tal - kapaċitajiet tal - ittestjar tal - istress u l - programm ġenerali tal - ittestjar tal - istress; u/jew | | • | titjib għall - ippjanar ta’ kontinġenza; |
- d. jeħtieġu lid - ditta tal - investiment issaħħaħ l - arranġamenti u l - funzjonijiet tal - kontroll intern, permezz ta’ mezzi li jinkludu li teħtieġ:
| • | l- indipendenza u persunal adegwat tal - funzjoni tal - awditjar intern; u/jew | | • | titjib fil - proċess ta’ rapportar intern biex tiżgura li r - rapportar lill - korp ta’ ġestjoni jkun xieraq; |
- e. jeħtieġu lid - ditta tal - investiment ittejjeb is - sistemi ta’ informazzjoni jew l - arranġamenti tal - kontinwità tal - operat, pereżempju billi teħtieġ:
| • | titjib fl - affidabbiltà tas - sistemi; u/jew | | • | żvilupp u ttestjar tal - pjanijiet ta’ kontinwità tal - operat. |
|
|
388. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (g) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
|
F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (g) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu lid - ditta tal - investiment: - a. tagħmel bidliet lill - politiki tar - remunerazzjoni; u/jew
- b. tillimita r - remunerazzjoni varjabbli bħala perċentwali tad - dħul nett.
|
|
389. Abbażi tal - eżiti tar - reviżjoni kwalitattiva tal - programmi tal - ittestjar tal - istress …
|
Abbażi tal - eżiti tar - reviżjoni kwalitattiva tal - programmi tal - ittestjar tal - istress u jekk jiġu identifikati nuqqasijiet, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu lid - ditta tal - investiment: - a. tiżviluppa pjan ta’ azzjoni rimedjali bil - għan li ttejjeb il - programmi u l - prattiki tal - ittestjar tal - istress;
- b. tagħmel bidliet lill -pj an kapitali tad - ditta tal - investiment;
- c. meta xieraq, twettaq xenarji speċifiċi preskritti (jew elementi minn dawn) jew tuża suppożizzjonijiet speċifiċi.
114 Riskju għall - klijent
|
|
390. Miżuri superviżorji biex jindirizzaw nuqqasijiet identifikati fil - valutazzjoni tar - riskju …
|
Miżuri superviżorji biex jindirizzaw nuqqasijiet identifikati fil - valutazzjoni tar - riskju għall - klijent u l - arranġamenti ta’ ġestjoni u ta’ kontroll assoċjati x’aktarx li jiffokaw fuq li jeħtieġu lid - ditta tal - investiment tnaqqas il - livell tar - riskju inerenti jew issaħħaħ arranġamenti ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.
|
|
391. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (b) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
|
F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (b) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li d - ditta tal - investiment: - a. tinvolvi lill - korp maniġerjali jew lill - kumitati tagħha b’mod aktar attiv fil - ġestjoni tar - riskju għall - klijent;
- b. ittejjeb il- qafas organizzazzjonali biex tiżgura il - forniment effettiv ta’ servizzi lill - klijenti b’riżorsi umani u tekniċi (inklużi front u back offices, sistemi ta’ informazzjoni) suffiċjenti (kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi);
- c. ittejjeb il - qafas ta’ kont roll (l- effettività u l - indipendenza tal - funzjonijiet ta’ kontroll) biex timmitiga r - riskji tagħha għall - klijenti;
- d. ittejjeb il - kwalità u l - frekwenza tar - rapportar dwar ir - riskju għall - klijent lill - korp maniġerjali u lill - maniġment superjuri.
|
|
392. F’konformità m al- Artikolu 39(2), il- punt (d) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
|
F’konformità m al- Artikolu 39(2), il- punt (d) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li d - ditta tal - investiment: - a. tapplika politika ta’ provviżjonament speċifiku;
- b. taġġusta l - istimi interni tal - ammont tal - fattur - K għar - riskju għall - klijent u tikkalkula r- rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali.
|
|
393. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punti (e) u (f) tad - Direttiva (UE) 2019/2034 …
|
F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punti (e) u (f) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li d - ditta tal - investiment: - a. tirrestrinġi jew tillimita n - negozju, l - operazzjonijiet jew in - network;
- b. titlob iċ - ċessjoni ta’ attivitajiet li joħolqu riskju eċċessiv għas - solidità finanzjarja tad - ditta tal - investiment;
- c. tnaqqas ir - riskju inerenti fl - attivitajiet, fil - prodotti (inkluża l - iskopertura għal prodotti u tranżazzjonijiet kumplessi, il - livell ta’ riskju ta’ konċentrazzjoni) u fis - sistemi inklużi l - attivitajiet esternalizzati.
Riskju għas - suq
|
|
394. Miżuri superviżorji biex jindirizzaw in - nuqqasijiet identifikati fil - valutazzjoni tar - …
|
Miżuri superviżorji biex jindirizzaw in - nuqqasijiet identifikati fil - valutazzjoni tar - riskju għas - suq u l - arranġamenti ta’ ġestjoni u ta’ kontroll assoċjati x’aktarx li jiffokaw fuq il - ħtieġa 115 li d- ditta tal - investiment tnaqqas il - livell tar - riskju inerenti jew issaħħaħ l - arranġamenti ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.
|
|
395. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (b) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
|
F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (b) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li d - ditta tal - investiment tindirizza nuqqasijiet identifikati fir - rigward tal - kapaċità tad - ditta tal - investiment li tidentifika, tkejjel, tissorvelja u tikkontrolla r- riskju għas - suq, permezz ta’ mezzi li jinkludu: - a. l- iżgurar li r - riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment jirrifletti b’mod xieraq l - aptit għar - riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment u li huwa konsistenti mal - aptit għar - riskju ġenerali;
- b. il- ħtieġa ta’ qafas organizzazzjonali xieraq b’riżorsi umani u tekniċi suffiċjenti (kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi);
- c. it - tisħiħ tal - prestazzjoni tal - approċċi interni tad - ditta tal - investiment, jew tal - kapaċità tagħha ta’ ttestjar retrospettiv jew ittestjar tal - istress;
- d. it - titjib tal - kwalità u l - frekwenza tar - rapportar lill - korp maniġerjali u lill - maniġment superjuri tad - ditta tal - investiment; u/jew
- e. il- ħtieġa ta’ awditi interni aktar frekwenti u fil - fond b’referenza għar - riskju għas - suq u l - kalkolu tar - rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali.
|
|
396. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (e) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
|
F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (e) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu: - a. jillimitaw l - investimenti f’ċerti prodotti meta l - politiki u l - proċeduri tad - ditta tal - investiment ma jiżgurawx li r - riskju minn dawk il - prodotti se jkun kopert u kkontrollat b’mod adegwat;
- b. jeħtieġu lid - ditta tal - investiment tippreżenta pjan biex tnaqqas l - iskoperturi tagħha għal assi f’diffikultà u/jew il - pożizzjonijiet illikwidi gradwalment; u/jew
- c. jeħtieġu ċ - ċessjoni ta’ prodotti finanzjarji, inkluż meta l - proċessi ta’ valwazzjoni tad - ditta tal - investiment ma jipproduċux valutazzjonijiet konservattivi.
|
|
397. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (f) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
|
F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (f) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu: - a. jeħtieġu lid - ditta tal - investiment tnaqqas il - livell ta’ riskju inerenti tas - suq (permezz tal - iħħeġġjar jew tal - bejgħ tal - assi); u/jew
- b. jeħtieġu lid - ditta tal - investiment żżid l - ammont ta’ derivattivi depożitati permezz ta’ kontropartijiet ċentrali (CCPs).
116 Riskju għad - ditta
|
|
398. Miżuri superviżorji biex jindirizzaw nuqqasijiet identifikati fil - valutazzjoni tar - riskju …
|
Miżuri superviżorji biex jindirizzaw nuqqasijiet identifikati fil - valutazzjoni tar - riskju għad - ditta u l - arranġamenti ta’ ġestjoni u ta’ kontroll assoċjati x’aktarx li jiffokaw fuq li jeħtieġu lid - ditta tal - investiment tnaqqas il - livell tar - riskju inerenti jew issaħħaħ arranġamenti ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.
|
|
399. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (b) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l - …
|
F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (b) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu: - a. jiżguraw li l - istrateġija tar - riskju tad - ditta tal - investiment tirrifletti b’mod xieraq l - aptit għar - riskju tad - ditta tal - investiment inkluż il - fluss tan - negozjar ta’ kuljum, il - konċentrazzjoni u l - inadempjenza tal - kontroparti) u tkun konsistenti mal - aptit għar - riskju ġenerali;
- b. jeħtieġu qafas organizzazzjonali xieraq b’riżorsi umani u tekniċi suffiċjenti (kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi);
- c. jeħtieġu lid - ditta tal - investiment tinvolvi l - korp maniġerjali jew il - kumitati tagħha b’mod aktar attiv fil - ġestjoni tar - riskju għad - ditta;
- d. jeħtieġu lid - ditta tal - investiment tikkunsidra r - riskju għad - ditta inerenti meta tapprova prodotti u sistemi ġodda;
- e. jeħtieġu lid - ditta tal - investiment ittejjeb l - identifikazzjoni tar - riskju operazzjonali (relatat mal - fluss tan - negozjar ta’ kuljum) u s - sistemi ta’ kejl; u/jew
- f. jaġġustaw l - istimi interni tal - ammont tal - fattur k għar - riskju għad - ditta u jikkalkulaw ir - rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali.
|
|
400. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punti (e) u (f) tad - Direttiva (UE) 2019/2034 …
|
F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punti (e) u (f) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu: - a. jeħtieġu lid - ditta tal - investiment tirrestrinġi jew tillimita n - negozju, l - operazzjonijiet jew in - network tad - ditti tal - investiment (filwaqt li tnaqqas il -grad ta’ riskju ta’ konċentrazzjoni jew l - iskopertura għar - riskju ta’ inadempjenza tal - kontroparti tan - negozjar);
- b. jeħtieġu ċ - ċessjoni ta’ attivitajiet li joħolqu riskji eċċessivi għas - solidità tad - ditta tal - investiment;
- c. jeħtieġu lid - ditta tal - investiment tnaqqas l - ambitu u/jew il - firxa tal - attivitajiet ta’ esternalizzazzjoni, inkluż ir - ristrutturar jew il - ħruġ minn arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni u l -bidla g ħal fornitur ta’ servizz ieħor;
- d. jeħtieġu lid - ditta tal - investiment timmitiga l - iskoperturi tar - riskju għad - ditta; 117
- e. jirrestrinġu jew jillimitaw in - negozju, l - operazzjonijiet jew in - network tad - ditti tal - investiment jew li jitolbu ċ - ċessjoni tal - attivitajiet li joħolqu riskji eċċessivi għas - solidità ta’ ditta tal - investiment;
- f. jeħtieġu t - tnaqqis tar - riskju inerenti fl - attivitajiet, fil - prodotti u fis - sistemi tad - ditti tal - investiment, inklużi r - riskji tal - ML/TF b’implikazzjonijiet prudenzjali.
Riskji oħrajn għa ll- kapital
|
|
401. Irrispettivament mir - rekwiżit li jinżammu fondi proprji addizzjonali skont l - Artikolu …
|
Irrispettivament mir - rekwiżit li jinżammu fondi proprji addizzjonali skont l - Artikolu 39(1), il- punt (a) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l - applikazzjoni ta’ miżuri superviżorji meta l - eżiti tal -SREP jew attivitajiet superviżorji oħrajn jiżvelaw nuqqasijiet fil - kejl, fil - ġestjoni, fil - monitoraġġ u fil - kontroll tar - riskju operazzjonali tad - ditta tal - investiment, Inkluż b’mod partikolari r - riskju tal -ICT, ir- riskju tar - rata tal - imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal - portafoll mhux tan - negozjar, jew kwalunkwe riskju ieħor rilevanti għad - ditta tal - investiment. Riskju ta’ likwidità
|
|
402. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (k) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
|
F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (k) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu: - a. jeħtieġu d - diversifikazzjoni tar - riżervi ta’ likwidità u l - konsistenza tal - munita bejn l - assi likwidi u l - ħruġ nett;
- b. jimponu rekwiżiti fuq il - konċentrazzjoni tal - assi likwidi miżmuma, inklużi:
| • | rekwiżiti għall - kompożizzjoni tal - profil tal - assi likwidi tad -d itta tal - investiment fir - rigward tal - klassijiet tal - assi, il - muniti; u/jew | | • | limiti jew restrizzjonijiet dwar il - konċentrazzjonijiet ta’ finanzjament; |
- c. jimponu restrizzjonijiet fuq diskrepanzi fil - maturità kuntrattwali jew komportamentali fuq żmien qasir:
| • | lim iti fuq diskrepanzi fil - maturità (f’taqsimiet tal - ħin speċifiċi); | | • | limiti fuq perjodi minimi ta’ sopravivenza; u/jew | | • | limiti fuq dipendenza fuq ċerti sorsi ta’ finanzjament għal żmien qasir, bħall - finanzjament tas - suq monetarju. |
|
|
403. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (b) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
|
F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (b) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li tittieħed azzjoni biex jindirizzaw nuqqasijiet identifikati fir - rigward tal - kapaċità tad - ditta tal - investiment biex tidentifika, tkejjel, tissorvelja u tikkontrolla r- riskju tal - likwidità, permezz ta’ mezzi li jinkludu: 118 - a. titjib fil - kapaċità tal - ittestjar tal - istress tagħha biex ittejjeb il - kapaċità tagħha li tidentifika u tikkwantifika s - sorsi materjali ta’ riskju tal - likwidità għad - ditta tal - investiment;
- b. titjib fl -ab biltà tagħha li timmonetizza l - assi likwidi tagħha;
- c. titjib fil - pjan ta’ kontinġenza tal - likwidità tagħha u l - qafas tal - indikaturi ta’ twissija bikrija tal - likwidità tagħha; u/jew
- d. titjib fir - rapportar ta’ informazzjoni tal - ġestjoni tal - likwidità lill - korp maniġerjali u lill- maniġment superjuri tad - ditta tal - investiment.
|
|
404. F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (k) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- …
|
F’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (k) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li tittieħed azzjoni biex temenda l - profil ta’ finanzjament tad - ditta tal - investiment, inkluż: - a. tnaqqis tad - dipendenza tagħha fuq ċerti swieq ta’ finanzjament (potenzjalment volatili), bħal finanzjament bl - ingrossa;
- b. tnaqqis tal - konċentrazzjoni tal - profil ta’ finanzjament tagħha fir - rigward ta’ kontropartijiet, l - ogħla livelli fi l- profil tal - maturità fit - tul, muniti (diskrepanzi fihom); u/jew
- c. tnaqqis tal - ammont tal - assi aggravati tagħha, li potenzjalment jiddifferenzjaw bejn l- aggravar totali u l - kollateralizzazzjoni żejda.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|