+11.1 Applikazzjoni tal - SREP għal gruppi transfruntiera
---+417. Meta japplikaw l - SREP u dawn il - linji gwida għall - gruppi tad - ditti tal - investiment …
---+418. F’konformità mal - kamp ta’ applikazzjoni tal - applikazzjoni tal - linji gwida kif speċifikat …
---+419. Meta dawn il - linji gwida huma applikati għas - sussidjarji ta’ grupp transfruntiera, l - …
---+420. Ir- riżultati ta’ kwalunkwe tali valutazzjoni inizjali tal - elementi tal - SREP, inkluż, jekk …
---+421. Wara d - diskussjonijiet fil - qafas tal - kulleġġi tas - superviżuri, l - awtoritajiet …
---+422. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddiskutu u jikkoordinaw dawn li ġejjin fil - qafas tal - …
|
11.1 Applikazzjoni tal - SREP għal gruppi transfruntiera
11.1 Applikazzjoni tal - SREP għal gruppi transfruntiera
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
417. Meta japplikaw l - SREP u dawn il - linji gwida għall - gruppi tad - ditti tal - investiment …
|
Meta japplikaw l - SREP u dawn il - linji gwida għall - gruppi tad - ditti tal - investiment, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - vijabbiltà tal - grupp kollu, kif ukoll l - entitajiet individwali tiegħu, filwaqt li jfittxu li jevitaw id - duplikazzjoni bla bżonn tar - rekwiżiti superviżorji. Dan jista’ jsir billi l - proċess jiġi diviż f’żewġ partijiet: (1) l- awtoritajiet kompetenti jagħmlu valutazzjoni inizjali tal - entitajiet taħt is - superviżjoni diretta tagħhom, u (2) l - awtoritajiet kompetenti jikkoordinaw il - valutazzjoni, fejn stabbilita fi ħdan il - qafas tal - kulleġġi tas - superviżuri skont ir - rekwiżiti tal - Artikoli (48)(3) u l - Artikolu (49) tad - Direttiva (UE) 2019/2034.
|
|
418. F’konformità mal - kamp ta’ applikazzjoni tal - applikazzjoni tal - linji gwida kif speċifikat …
|
F’konformità mal - kamp ta’ applikazzjoni tal - applikazzjoni tal - linji gwida kif speċifikat fit - Titolu 1: - a. is - superviżuri ta’ konsolidazzjoni għandhom iwettqu l - valutazzjoni inizjali tal - impriża omm u l - grupp tad - ditti tal - investiment fuq livell konsolidat; u
23 EBA/RTS/2021/06 dwar il- kulleġġi tas - superviżuri għal gruppi ta’ ditti tal - investiment 24 Kulleġġi tal - AML/CFT kif iddefinit fil - Linji gwida konġunti dwar il - kooperazzjoni u l - iskambju ta’ informazzjoni għall - finijiet tad -Dir ettiva (UE) 2015/849 bejn l - awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji (“il - Linji Gwida tal - Kulleġġi AML/CFT”). 122 - b. l- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l- valutazzjoni inizjali fuq l - entitajiet taħt is - superviżjoni tagħhom (individwali, jew subkonsolidata, meta rilevanti).
|
|
419. Meta dawn il - linji gwida huma applikati għas - sussidjarji ta’ grupp transfruntiera, l - …
|
Meta dawn il - linji gwida huma applikati għas - sussidjarji ta’ grupp transfruntiera, l - awtoritajiet kompetenti għas - sussidjarji, meta jwettqu l - valutazzjoni inizjali tagħhom, għandhom primarjament jikkunsidraw ditti tal - investiment fuq bażi individwali, jiġifieri jivvalutaw il - mudell tan - negozju, l - istrateġija, il - governanza interna u l - kontrolli, ir - riskji għall - kapital u l - likwidità, u l - adegwatezza tal - kapital u tal - likwidità ta’ entità bħalma jagħmlu għal ditta tal - investiment awtonoma. Is - sejbiet minn tali valutazzjonijiet inizjali, meta rilevanti, għandhom jinkludu wkoll identifikazzjoni tal - vulnerabbiltajiet ewlenin fil - kuntest tal -gr upp, li jistgħu jkunu relatati mad - dipendenza ta’ ditta tal - investiment mill - kumpanija omm/grupp tagħha għall - finanzjament, il - kapital, l - appoġġ teknoloġiku. Fil - valutazzjonijiet inizjali tagħhom magħmula fuq bażi individwali, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirriflettu wkoll is - saħħiet u l - fatturi mitiganti relatati mal - fatt li l - entità tkun parti mill - grupp, li jista’ jkun relatat mal - appoġġ teknoloġiku tal - grupp u arranġamenti ta’ appoġġ finanzjarju.
|
|
420. Ir- riżultati ta’ kwalunkwe tali valutazzjoni inizjali tal - elementi tal - SREP, inkluż, jekk …
|
Ir- riżultati ta’ kwalunkwe tali valutazzjoni inizjali tal - elementi tal - SREP, inkluż, jekk ikunu identifikati, fehmiet dwar dipendenzi ewlenin fuq il - kumpanija omm/grupp, għandhom iservu bħala input fil - valutazzjonijiet u għandhom jiġu diskussi mill - awtoritajiet kompetenti fi ħdan il - qafas tal - kulleġġi tas - superviżuri stabbiliti skont ir - rekwiżiti tal - Artikolu 48 tad - Direttiva (UE) 2019/2034.
|
|
421. Wara d - diskussjonijiet fil - qafas tal - kulleġġi tas - superviżuri, l - awtoritajiet …
|
Wara d - diskussjonijiet fil - qafas tal - kulleġġi tas - superviżuri, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffinalizzaw il - valutazzjonijiet tal - SREP rispettivi tagħhom, billi jagħmlu l - aġġustamenti meħtieġa bbażati fuq l - eżiti tad - diskussjonijiet tal - kulleġġ.
|
|
422. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddiskutu u jikkoordinaw dawn li ġejjin fil - qafas tal - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddiskutu u jikkoordinaw dawn li ġejjin fil - qafas tal - kulleġġi tas - superviżuri: - a. l- ippjanar, inklużi l - frekwenza, u l - iskedi ta’ żmien għat - twettiq tal - valutazzjoni ta’ diversi elementi tal - SREP għall - grupp konsolidat;
- b. dettalji tal - applikazzjoni tal - parametri referenzjarji użati għall - valutazzjoni tal - elementi tal - SREP;
- c. approċċ għall - valutazzjoni u l - punteġġ tas - sottokategoriji tar - riskji b’mod individwali, meta tali sottokategoriji ġew identifikati bħala materjali;
- d. inputs meħtieġa mid - ditta tal - investiment fil - livell konsolidat u tal - entità għat - twettiq tal - valutazzjoni tal - elementi tal - SREP;
- e. eżiti tal - valutazzjoni, inklużi punteġġi tal - SREP assenjati lil diversi elementi, u l - valutazzjoni ġenerali tal - SREP u punteġġ ġenerali tal - SREP fil - livell konsolidat u tal -
123 entità. Meta jiddiskutu l - valutazzjoni tar - riskji individwali għall - kapital u l - likwidità, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffukaw fuq ir - riskji li huma identifikati bħala materjali għall - entitajiet rispettivi; - f. l- implikazzjonijiet prudenzjali transfruntiera tar - riskji u t - tħassib tal - ML/TF; u
- g. miżuri superviżorji ppjanati u miżuri ta’ intervent bikri, jekk rilevanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|