+66. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomplementaw l-analiżi billi jwettqu analiżi prospettiva …

66. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomplementaw l-analiżi billi jwettqu analiżi prospettiva …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomplementaw l-analiżi billi jwettqu analiżi prospettiva (kemm kwantitattiva kif ukoll kwalitattiva) tal-projezzjonijiet finanzjarji u tal-pjan strateġiku tal-istituzzjoni biex jifhmu s-suppożizzjonijiet u d-dipendenzi sottostanti, il-plawżibbiltà u r-riskju tal-istrateġija tan-negozju tagħha. L-oqsma għal analiżi mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu:

  • a. l-istrateġija globali u l-fatturi ewlenin ta’ suċċess, billi jiġu vvalutati l-objettivi ta’ ġestjoni kwantitattivi u kwalitattivi prinċipali u d-diskrepanza bejn il-mudell tan-negozju previst – wara l-eżekuzzjoni – u l-mudell kurrenti;
  • b. il-prestazzjoni finanzjarja pproġettata, billi jiġu vvalutati l-plawżibbiltà u l-konsistenza tas-suppożizzjonijiet magħmula mill-istituzzjoni li jixprunaw l-istrateġija u l-previżjonijiet tagħha;
  • c. il-kapaċitajiet ta’ eżekuzzjoni, billi jiġu vvalutati r-rekord tal-maniġment fit-twettiq ta’ strateġiji u previżjonijiet preċedenti, kif ukoll il-kapaċità globali tal-istituzzjoni li tuża vantaġġi kompetittivi u fatturi ewlenin ta’ suċċess biex twettaq in-negozju tagħha u tiġġenera redditi b’mod effettiv. Bħala parti minn din il-valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw:
  • i. l-adegwatezza tal-qafas ta’ allokazzjoni tal-kostijiet - f’termini ta’ adegwatezza biex jirrifletti l-profittabbiltà tal-linji/unitajiet operatorji;
  • ii. il-qafas tal-ipprezzar tat-trasferiment tal-fondi – f’termini ta’ determinazzjoni adegwata tal-komponent tal-introjtu nett għal kull linja/unità operatorja, prodott u klijent;
  • iii. il-qafas tal-ipprezzar tas-self – f’termini ta’ governanza adegwata tal-proċess tal-ipprezzar tas-self, il-metodoloġija tal-ipprezzar, kunsiderazzjoni xierqa tal-komponenti kollha tal-ipprezzar tas-self, u l-monitoraġġ ex post tal-profittabbiltà u r-rapportar tad-deċiżjonijiet dwar l-ipprezzar tal-prodotti;
  • iv. il-qafas ta’ kondiviżjoni tad-dħul bejn istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni li huma parti minn gruppi ta’ pajjiżi terzi u entitajiet oħra ta’ dak il-grupp stabbiliti barra mill-Unjoni u li ma humiex ikkonsolidati mill-impriża omm tal-UE – f’termini ta’ kondiviżjoni ġusta tal-P&L bejn l-entitajiet jew il-linji operatorji li jipparteċipaw fiċ-ċiklu tal-ħajja tat-tranżazzjonijiet u tal-governanza adegwata.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.