+80. Fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti …
|
80. Fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti …
Fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw inter alia jekk: - a. il-korp maniġerjali jafx u jifhimx l-istruttura legali, organizzazzjonali u operazzjonali tal-istituzzjoni (“kun af l-istruttura tiegħek”) u r-riskji tagħha, inkluża s-sorveljanza xierqa;
- b. fejn applikabbli, il-korp maniġerjali tal-istituzzjoni konsolidanti jifhimx kemm l-organizzazzjoni tal-grupp u r-rwoli tal-entitajiet differenti tiegħu, kif ukoll ir-rabtiet u r-relazzjonijiet bejniethom;
- c. il-korp maniġerjali b’mod kollettiv għandux fehim xieraq tal-mudell tan-negozju u tal-attivitajiet tal-istituzzjoni, u jibqax aġġornat dwar għarfien u ħiliet suffiċjenti rigward ir-riskji rilevanti, inklużi r-riskji tal-ICT, ir-riskji tal-ESG u riskji emerġenti oħra, permezz ta’ taħriġ regolari;
- d. l-istituzzjoni għandhiex politika biex tippromwovi d-diversità u l-inklużjoni fi ħdan il-korp maniġerjali u tivvalutahomx b’mod regolari, inkluż il-bilanċ bejn il-ġeneri, u jekk il-kompożizzjoni, il-funzjonament u l-ippjanar tas-suċċessjoni tal-bord maniġerjali jappoġġawx teħid ta’ deċiżjonijiet effettiv u jirriflettux l-objettivi tad-diversità u tal-inklużjoni tal-istituzzjoni;
- e. il-membri tal-korp maniġerjali jinteraġixxux b’mod effettiv, inkluż bejn il-funzjonijiet maniġerjali u superviżorji tiegħu;
- f. kull membru tal-korp maniġerjali jaġixxix b’indipendenza tal-ħsieb, iżommx impenn ta’ ħin biżżejjed u huwiex infurmat b’mod xieraq dwar is-sitwazzjoni tar-riskju tal-istituzzjoni;
- g. il-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu jkunx stabbilixxa, fejn applikabbli, kumitati tar-riskju, tal-awditjar, tan-nomina u tar-remunerazzjoni, u jekk dawn il-kumitati jissodisfawx il-kompiti tagħhom kif preskritt mill-qafas legali u regolatorju applikabbli.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|