+5.2. Struttura organizzazzjonali, il-korp maniġerjali u l-kumitati tiegħu
---+79. Fil-valutazzjoni tal-istruttura organizzazzjonali tal-istituzzjoni, tal-korp maniġerjali u …
---+80. Fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti …
---+81. Meta jkunu qed jirrevedu l-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni …
|
5.2. Struttura organizzazzjonali, il-korp maniġerjali u l-kumitati tiegħu
5.2. Struttura organizzazzjonali, il-korp maniġerjali u l-kumitati tiegħu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
79. Fil-valutazzjoni tal-istruttura organizzazzjonali tal-istituzzjoni, tal-korp maniġerjali u …
|
Fil-valutazzjoni tal-istruttura organizzazzjonali tal-istituzzjoni, tal-korp maniġerjali u tal-kumitati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-konformità tal-istituzzjoni mal-Artikoli 74, 88 u 91 tad-Direttiva 2013/36/UE, mal-Linji Gwida tal-EBA dwar il-governanza interna18 u mal-Linji Gwida konġunti tal-ESMA u tal-EBA dwar il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-membri tal-korp maniġerjali u tat-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin19 . Fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-istruttura organizzazzjonali u operazzjonali tal-istituzzjoni, u fejn applikabbli dik tal-grupp, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw inter alia jekk: - a. tkunx stabbilita b’mod xieraq u ċar, b’linji ta’ responsabbiltà definiti sew, trasparenti u konsistenti, inkluż għall-korp maniġerjali u l-kumitati tiegħu;
- b. tkunx adattata għad-daqs u l-kumplessità tan-negozju u l-operazzjonijiet;
- c. hijiex trasparenti għall-partijiet ikkonċernati, inkluż il-persunal u l-azzjonisti.
18 EBA/GL/2021/05 19 EBA/GL/2021/06
|
|
80. Fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti …
|
Fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw inter alia jekk: - a. il-korp maniġerjali jafx u jifhimx l-istruttura legali, organizzazzjonali u operazzjonali tal-istituzzjoni (“kun af l-istruttura tiegħek”) u r-riskji tagħha, inkluża s-sorveljanza xierqa;
- b. fejn applikabbli, il-korp maniġerjali tal-istituzzjoni konsolidanti jifhimx kemm l-organizzazzjoni tal-grupp u r-rwoli tal-entitajiet differenti tiegħu, kif ukoll ir-rabtiet u r-relazzjonijiet bejniethom;
- c. il-korp maniġerjali b’mod kollettiv għandux fehim xieraq tal-mudell tan-negozju u tal-attivitajiet tal-istituzzjoni, u jibqax aġġornat dwar għarfien u ħiliet suffiċjenti rigward ir-riskji rilevanti, inklużi r-riskji tal-ICT, ir-riskji tal-ESG u riskji emerġenti oħra, permezz ta’ taħriġ regolari;
- d. l-istituzzjoni għandhiex politika biex tippromwovi d-diversità u l-inklużjoni fi ħdan il-korp maniġerjali u tivvalutahomx b’mod regolari, inkluż il-bilanċ bejn il-ġeneri, u jekk il-kompożizzjoni, il-funzjonament u l-ippjanar tas-suċċessjoni tal-bord maniġerjali jappoġġawx teħid ta’ deċiżjonijiet effettiv u jirriflettux l-objettivi tad-diversità u tal-inklużjoni tal-istituzzjoni;
- e. il-membri tal-korp maniġerjali jinteraġixxux b’mod effettiv, inkluż bejn il-funzjonijiet maniġerjali u superviżorji tiegħu;
- f. kull membru tal-korp maniġerjali jaġixxix b’indipendenza tal-ħsieb, iżommx impenn ta’ ħin biżżejjed u huwiex infurmat b’mod xieraq dwar is-sitwazzjoni tar-riskju tal-istituzzjoni;
- g. il-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu jkunx stabbilixxa, fejn applikabbli, kumitati tar-riskju, tal-awditjar, tan-nomina u tar-remunerazzjoni, u jekk dawn il-kumitati jissodisfawx il-kompiti tagħhom kif preskritt mill-qafas legali u regolatorju applikabbli.
|
|
81. Meta jkunu qed jirrevedu l-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni …
|
Meta jkunu qed jirrevedu l-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni u l-kumitati tiegħu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jikkunsidraw kwalunkwe sejba rilevanti mill-valutazzjonijiet tal-adegwatezza dwar il-membri tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni u t-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin, imwettqa mill-istituzzjoni, jew fejn rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l-eżitu tal-proċess tal-istituzzjoni li tidentifika t-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin u jevalwaw il-livell ta’ responsabbiltà individwali billi jqisu d-dikjarazzjonijiet individwali rigward ir-rwoli u d-dmirijiet tal-membri kollha tal-korp maniġerjali fil-funzjoni maniġerjali tiegħu, il-maniġment superjuri, u t-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin, flimkien mal-immappjar tad-dmirijiet, inklużi d-dettalji tal-linji ta’ rapportar, il-linji ta’ responsabbiltà, u l-persuni li huma parti mill-arranġamenti ta’ governanza tal-istituzzjoni, u d-dmirijiet tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|