+452. B’mod ġenerali hemm tliet sitwazzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati minn awtorità …

452. B’mod ġenerali hemm tliet sitwazzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati minn awtorità …

B’mod ġenerali hemm tliet sitwazzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati minn awtorità kompetenti li fihom istituzzjoni tista’ tonqos milli tissodisfa l-P2G tagħha:

  • a. Meta l-livell ta’ fondi proprji jaqa’ taħt il-livell tal-P2G (filwaqt li jibqa’ ogħla mill-OCR) f’ċirkostanzi speċifiċi għall-istituzzjoni jew esterni li fihom ir-riskji li l-P2G kellu l-għan li jkopri jkunu ġew materjalizzati, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti lill-istituzzjoni biex temporanjament topera taħt il-livell tal-P2G, dment li l-pjan ta’ kapital rivedut ikun meqjus kredibbli f’konformità mal-kriterji stabbiliti fit-taqsima 7.7. L-awtorità kompetenti tista’ tikkunsidra wkoll li taġġusta l-livell tal-P2G meta jkun xieraq;
  • b. Meta l-livell ta’ fondi proprji jaqa’ taħt il-livell tal-P2G (filwaqt li jibqa’ ogħla mill-OCR) f’ċirkostanzi speċifiċi għall-istituzzjoni jew esterni b’riżultat tal-materjalizzazzjoni tar-riskji li l-P2G ma kellhiex l-għan li tkopri, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistennew li l-istituzzjoni żżid il-livell tal-fondi proprji għal-livell tal-P2G f’perjodu ta’ żmien xieraq;
  • c. Meta l-istituzzjoni tinjora l-P2G, ma tinkorporahx fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskji tagħha jew ma tistabbilixxix fondi proprji biex tissodisfa l-P2G fil-limiti ta’ żmien rilevanti stabbiliti mill-awtorità kompetenti, dan jista’ jwassal biex l-awtoritajiet kompetenti japplikaw miżuri superviżorji addizzjonali kif stabbilit fit-tabella 16.

Meta l-permess biex topera taħt il-livell tal-P2G kif imsemmi fil-punt (a) ma jkunx ingħata u l-fondi proprji tal-istituzzjoni jkunu ripetutament taħt il-livell tal-P2G, l-awtorità kompetenti għandha timponi l-P2R f’konformità mat-Titolu 7.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.