+9.5. Reazzjoni superviżorja għal sitwazzjoni li fiha ma jiġix issodisfat il-P2G
---+451. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw jekk l-ammont ta’ fondi proprja mistenni …
---+452. B’mod ġenerali hemm tliet sitwazzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati minn awtorità …
---+453. Minkejja rispons superviżorju partikolari f’konformità mal-paragrafu preċedenti …

9.5. Reazzjoni superviżorja għal sitwazzjoni li fiha ma jiġix issodisfat il-P2G

9.5. Reazzjoni superviżorja għal sitwazzjoni li fiha ma jiġix issodisfat il-P2G

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
451. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw jekk l-ammont ta’ fondi proprja mistenni …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw jekk l-ammont ta’ fondi proprja mistenni f’konformità mal-P2G huwiex stabbilit u miżmum mill-istituzzjoni maż-żmien. Meta l-fondi proprji tal-istituzzjoni jonqsu, jew aktarx li se jonqsu, taħt il-livell iddeterminat mill-P2G, l-awtorità kompetenti għandha tistenna li l-istituzzjoni tinnotifikaha u tħejji pjan ta’ kapital rivedut. Fin-notifika tagħha, l-istituzzjoni għandha tispjega liema konsegwenzi negattivi aktarx se jisfurzawha biex tagħmel dan u liema azzjonijiet huma previsti għar-restawr eventwali ta’ konformità mal-P2G bħala parti minn djalogu superviżorju mtejjeb.

452. B’mod ġenerali hemm tliet sitwazzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati minn awtorità …

B’mod ġenerali hemm tliet sitwazzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati minn awtorità kompetenti li fihom istituzzjoni tista’ tonqos milli tissodisfa l-P2G tagħha:

  • a. Meta l-livell ta’ fondi proprji jaqa’ taħt il-livell tal-P2G (filwaqt li jibqa’ ogħla mill-OCR) f’ċirkostanzi speċifiċi għall-istituzzjoni jew esterni li fihom ir-riskji li l-P2G kellu l-għan li jkopri jkunu ġew materjalizzati, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti lill-istituzzjoni biex temporanjament topera taħt il-livell tal-P2G, dment li l-pjan ta’ kapital rivedut ikun meqjus kredibbli f’konformità mal-kriterji stabbiliti fit-taqsima 7.7. L-awtorità kompetenti tista’ tikkunsidra wkoll li taġġusta l-livell tal-P2G meta jkun xieraq;
  • b. Meta l-livell ta’ fondi proprji jaqa’ taħt il-livell tal-P2G (filwaqt li jibqa’ ogħla mill-OCR) f’ċirkostanzi speċifiċi għall-istituzzjoni jew esterni b’riżultat tal-materjalizzazzjoni tar-riskji li l-P2G ma kellhiex l-għan li tkopri, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistennew li l-istituzzjoni żżid il-livell tal-fondi proprji għal-livell tal-P2G f’perjodu ta’ żmien xieraq;
  • c. Meta l-istituzzjoni tinjora l-P2G, ma tinkorporahx fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskji tagħha jew ma tistabbilixxix fondi proprji biex tissodisfa l-P2G fil-limiti ta’ żmien rilevanti stabbiliti mill-awtorità kompetenti, dan jista’ jwassal biex l-awtoritajiet kompetenti japplikaw miżuri superviżorji addizzjonali kif stabbilit fit-tabella 16.

Meta l-permess biex topera taħt il-livell tal-P2G kif imsemmi fil-punt (a) ma jkunx ingħata u l-fondi proprji tal-istituzzjoni jkunu ripetutament taħt il-livell tal-P2G, l-awtorità kompetenti għandha timponi l-P2R f’konformità mat-Titolu 7.

453. Minkejja rispons superviżorju partikolari f’konformità mal-paragrafu preċedenti …

Minkejja rispons superviżorju partikolari f’konformità mal-paragrafu preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw ukoll l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ kapital u dawk superviżorji addizzjonali stabbiliti fit-Titolu 7, meta dawn jitqiesu aktar xierqa biex jindirizzaw ir-raġunijiet li wasslu biex il-fondi proprji jaqgħu taħt il-livell iddeterminat mill-P2G.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.