+526. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, abbażi tal-vulnerabbiltajiet u n-nuqqasijiet identifikati …

526. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, abbażi tal-vulnerabbiltajiet u n-nuqqasijiet identifikati …

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, abbażi tal-vulnerabbiltajiet u n-nuqqasijiet identifikati fil-valutazzjoni tal-elementi tal-SREP għat-TCBs, jimponu miżuri superviżorji li jirrikjedu li t-TCB:

  • a. iżżomm ammont ta’ dotazzjoni kapitali li jaqbeż ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 48e tad-Direttiva 2013/36/UE;
  • b. tirrestrinġi l-forma tal-istrumenti permessi f’konformità mal-Linji Gwida tal-EBA dwar l-istrumenti disponibbli għal fergħat ta’ pajjiżi terzi għal użu mhux ristrett u immedjat biex ikopru r-riskji jew it-telf f’konformità mal-Artikolu 48e(2)(c) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-istrumenti minn ġuriżdizzjoni partikolari jew l-istrumenti denominati f’munita partikolari;
  • c. tintroduċi kundizzjonijiet operazzjonali addizzjonali għal dawk f’konformità mal-Linji Gwida tal-EBA dwar l-istrumenti disponibbli għal fergħat ta’ pajjiżi terzi għal użu mhux ristrett u immedjat biex ikopru r-riskji jew it-telf f’konformità mal-Artikolu 48e(2)(c) tad-Direttiva 2013/36/UE;
  • d. tissodisfa rekwiżiti ta’ likwidità speċifiċi oħrajn minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 48f tad-Direttiva 2013/36/UE;
  • e. tirrinforza l-governanza, l-immaniġġjar tar-riskju jew l-arranġamenti ta’ reġistrazzjoni tagħha;
  • f. tirrestrinġi jew tillimita l-ambitu tan-negozju tagħha jew tal-attivitajiet li twettaq, kif ukoll il-kontropartijiet għal dawk l-attivitajiet;
  • g. tnaqqas ir-riskju inerenti fl-attivitajiet, il-prodotti u s-sistemi tagħha, inklużi l-attivitajiet esternalizzati, u tieqaf tinvolvi ruħha f’tali attivitajiet jew toffri tali prodotti;
  • h. tikkonforma ma’ rekwiżiti ta’ rapportar addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 48k(3) jew iżżid il-frekwenza tar-rapportar regolari;
  • i. tagħmel divulgazzjonijiet pubbliċi;
  • j. Fuq bażi ta’ każ b’każ u wara li jkunu kkunsidraw il-kriterji fl-Artikolu 48i(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lit-TCB biex tapplika għall-awtorizzazzjoni bħala sussidjarja f’konformità mat-Titolu III, il-Kapitolu 1 tad-Direttiva. Dan jinkludi fejn l-awtorità kompetenti tivvaluta li t-TCB hija ta’ importanza sistemika jew tippreżenta riskji sinifikanti għall-istabbiltà finanzjarja f’konformità mal-Artikolu 48j tad-Direttiva 2013/36/UE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.