+12.2. Sommarju tas-sejbiet, punteġġ u miżuri superviżorji
---+525. Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw fehma ġenerali …
---+526. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, abbażi tal-vulnerabbiltajiet u n-nuqqasijiet identifikati …
---+527. Għal TCBs ta’ importanza sistemika, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jikkunsidraw: a) …
---+528. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw l-eżiti tal-valutazzjoni tal-SREP …
|
12.2. Sommarju tas-sejbiet, punteġġ u miżuri superviżorji
12.2. Sommarju tas-sejbiet, punteġġ u miżuri superviżorji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
525. Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw fehma ġenerali …
|
Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw fehma ġenerali dwar ir-riskji ewlenin tat-TCB. Din il-perspettiva għandha tkun riflessa f’sommarju annwali tal-valutazzjoni globali tal-SREP, akkumpanjata minn punteġġ ta’ vijabbiltà bbażat fuq il-kunsiderazzjonijiet speċifikati fit-tabella 21. Is-sommarju annwali għandu jinkludi wkoll kwalunkwe sejba superviżorja magħmula matul it-12-il xahar preċedenti. Tabella 21. Kunsiderazzjonijiet superviżorji biex jiġi assenjat il-punteġġ globali tal-SREP Punteġġ Perspettiva superviżorja Kunsiderazzjonijiet | 1 Ir-riskji identifikati jippreżentaw livell baxx ta’ riskju għall-vijabbiltà tat-TCB. | | Il-mudell tan-negozju u l-istrateġija tat-TCB ma jqajmu ebda tħassib. L-arranġamenti ta’ governanza interna u kontrolli tat-TCB ma jqajmu ebda tħassib. Ir-riskji tat-TCB ma humiex materjali jew il-ġestjoni tar-riskji u l-kontrolli huma adegwati biex jimmitigaw dawk ir-riskji li huma identifikati bħala materjali. Id-dotazzjoni kapitali u l-pożizzjoni ta’ likwidità tat-TCB ma jqajmu ebda tħassib. L-arranġamenti tar-reġistrazzjoni tat-TCB ma jqajmu ebda tħassib. | | 2 Ir-riskji identifikati jippreżentaw livell medju-baxx ta’ riskju għall-vijabbiltà tat-TCB. | • | Hemm livell baxx sa medju ta’ tħassib dwar il-mudell tan-negozju u l-istrateġija tat-TCB. Hemm livell baxx sa medju ta’ tħassib dwar l-arranġamenti ta’ governanza jew ta’ kontroll tat-TCB. Hemm livell baxx sa medju ta’ tħassib dwar ir-riskji materjali tat-TCB u l-ġestjoni u l-kontroll tagħhom. Hemm livell baxx sa medju ta’ tħassib dwar id-dotazzjoni kapitali u/jew il-pożizzjoni ta’ likwidità tat-TCB. Hemm livell baxx sa medju ta’ tħassib dwar l-arranġamenti ta’ reġistrazzjoni tat-TCB. | | 3 Ir-riskji identifikati jippreżentaw livell medju-għoli ta’ riskju għall-vijabbiltà tat-TCB. | • | Hemm livell medju sa għoli ta’ tħassib dwar il-mudell tan-negozju u l-istrateġija tat-TCB. Hemm livell medju sa għoli ta’ tħassib dwar l-arranġamenti ta’ governanza jew ta’ kontroll tat-TCB. Hemm livell medju sa għoli ta’ tħassib dwar ir-riskji materjali tat-TCB u l-ġestjoni u l-kontroll tagħhom. Hemm livell medju sa għoli ta’ tħassib dwar id-dotazzjoni kapitali u/jew il-pożizzjoni ta’ likwidità tat-TCB. Hemm livell medju sa għoli ta’ tħassib dwar l-arranġamenti ta’ reġistrazzjoni tat-TCB. | | 4 Ir-riskji identifikati jippreżentaw livell għoli ta’ riskju għall-vijabbiltà tat-TCB. | • | Hemm livell għoli ta’ tħassib dwar il-mudell tan-negozju u l-istrateġija tat-TCB. Hemm livell għoli ta’ tħassib dwar l-arranġamenti ta’ governanza jew ta’ kontroll tat-TCB. Hemm livell għoli ta’ tħassib dwar ir-riskji materjali tat-TCB u l-ġestjoni u l-kontroll tagħhom. Hemm livell għoli ta’ tħassib dwar id-dotazzjoni kapitali u/jew il-pożizzjoni ta’ likwidità tat-TCB. Hemm livell għoli ta’ tħassib dwar l-arranġamenti ta’ reġistrazzjoni tat-TCB. |
|
|
526. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, abbażi tal-vulnerabbiltajiet u n-nuqqasijiet identifikati …
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, abbażi tal-vulnerabbiltajiet u n-nuqqasijiet identifikati fil-valutazzjoni tal-elementi tal-SREP għat-TCBs, jimponu miżuri superviżorji li jirrikjedu li t-TCB: - a. iżżomm ammont ta’ dotazzjoni kapitali li jaqbeż ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 48e tad-Direttiva 2013/36/UE;
- b. tirrestrinġi l-forma tal-istrumenti permessi f’konformità mal-Linji Gwida tal-EBA dwar l-istrumenti disponibbli għal fergħat ta’ pajjiżi terzi għal użu mhux ristrett u immedjat biex ikopru r-riskji jew it-telf f’konformità mal-Artikolu 48e(2)(c) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-istrumenti minn ġuriżdizzjoni partikolari jew l-istrumenti denominati f’munita partikolari;
- c. tintroduċi kundizzjonijiet operazzjonali addizzjonali għal dawk f’konformità mal-Linji Gwida tal-EBA dwar l-istrumenti disponibbli għal fergħat ta’ pajjiżi terzi għal użu mhux ristrett u immedjat biex ikopru r-riskji jew it-telf f’konformità mal-Artikolu 48e(2)(c) tad-Direttiva 2013/36/UE;
- d. tissodisfa rekwiżiti ta’ likwidità speċifiċi oħrajn minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 48f tad-Direttiva 2013/36/UE;
- e. tirrinforza l-governanza, l-immaniġġjar tar-riskju jew l-arranġamenti ta’ reġistrazzjoni tagħha;
- f. tirrestrinġi jew tillimita l-ambitu tan-negozju tagħha jew tal-attivitajiet li twettaq, kif ukoll il-kontropartijiet għal dawk l-attivitajiet;
- g. tnaqqas ir-riskju inerenti fl-attivitajiet, il-prodotti u s-sistemi tagħha, inklużi l-attivitajiet esternalizzati, u tieqaf tinvolvi ruħha f’tali attivitajiet jew toffri tali prodotti;
- h. tikkonforma ma’ rekwiżiti ta’ rapportar addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 48k(3) jew iżżid il-frekwenza tar-rapportar regolari;
- i. tagħmel divulgazzjonijiet pubbliċi;
- j. Fuq bażi ta’ każ b’każ u wara li jkunu kkunsidraw il-kriterji fl-Artikolu 48i(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lit-TCB biex tapplika għall-awtorizzazzjoni bħala sussidjarja f’konformità mat-Titolu III, il-Kapitolu 1 tad-Direttiva. Dan jinkludi fejn l-awtorità kompetenti tivvaluta li t-TCB hija ta’ importanza sistemika jew tippreżenta riskji sinifikanti għall-istabbiltà finanzjarja f’konformità mal-Artikolu 48j tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
|
527. Għal TCBs ta’ importanza sistemika, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jikkunsidraw: a) …
|
Għal TCBs ta’ importanza sistemika, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jikkunsidraw: - a) Jirrikjedu li t-TCB tistruttura l-assi jew l-attivitajiet tagħha b’tali mod li ma tibqax tikkwalifika bħala ta’ importanza sistemika jew li ma tibqax tippreżenta riskju bla bżonn għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita;
- b) li jimponu rekwiżiti prudenzjali addizzjonali – inkluża l-governanza – fuq it-TCB.
|
|
528. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw l-eżiti tal-valutazzjoni tal-SREP …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw l-eżiti tal-valutazzjoni tal-SREP lill-maniġment tal-fergħa ta’ pajjiż terz u jinformawhom dwar kwalunkwe azzjoni li l-fergħa ta’ pajjiż terz għandha tieħu biex tikkonforma mal-miżuri superviżorji applikati abbażi tas-sejbiet. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw l-eżiti tal-valutazzjoni tal-SREP inkluż kwalunkwe miżura superviżorja applikata lill-awtorità responsabbli għas-superviżjoni tal-impriża prinċipali f’konformità mal-ftehimiet amministrattivi jew arranġamenti oħra konklużi f’konformità mal-Artikolu 48c(2) tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|