+Artikolu 126a Skoperturi għall-akkwist ta' art, għall-iżvilupp u għall-kostruzzjoni
---+Artikolu 126a 1.
---+Artikolu 126a 2.
---+Artikolu 126a 3.
|
Artikolu 126a Skoperturi għall-akkwist ta' art, għall-iżvilupp u għall-kostruzzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 126a 1.
|
Skopertura ADC għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta' 150 %.
|
|
Artikolu 126a 2.
|
L-iskoperturi ADC għal proprjetà residenzjali jistgħu jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 100 %, dment li l-istituzzjoni tapplika standards sodi ta' oriġinazzjoni u monitoraġġ li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 74 u 79 tad-Direttiva 2013/36/UE u meta tal-inqas tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
kuntratti legalment vinkolanti ta' qabel il-bejgħ jew ta' qabel il-kiri, li għalihom ix-xerrej jew l-inkwilin ikun għamel depożitu sostanzjali ta' flus kontanti li jkun soġġett għal konfiska jekk il-kuntratt jiġi tterminat jew meta l-finanzjament ikun żgurat b'mod ekwivalenti, jew kuntratti legalment vinkolanti ta' bejgħ jew ta' kiri, inkluż fejn il-pagament isir b'pagamenti parzjali hekk kif ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni jimxu 'l quddiem, jammontaw għal porzjon sinifikanti tal-kuntratti totali;
(b)
id-debitur ikollu ekwità sostanzjali f'riskju, li tkun irrappreżentata bħala ammont xieraq ta' ekwità ponderata għad-debitur għall-valur tal-proprjetà residenzjali mat-tlestija.
|
|
Artikolu 126a 3.
|
Sal-10 ta’ Lulju 2025 l-EBA għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jispeċifikaw it-termini “depożiti sostanzjali ta' flus kontanti”, “finanzjament żgurat b'mod ekwivalenti”, “porzjon sinifikanti tal-kuntratti totali” u “ammont xieraq ta' ekwità kkontribwita mid-debitur”, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-self tal-istituzzjonijiet lil akkomodazzjoni pubblika jew lil entitajiet mingħajr skop ta' qligħ fl-Unjoni li huma rregolati bil-liġi u li jeżistu biex jaqdu skopijiet soċjali u biex joffru akkomodazzjoni fit-tul lill-inkwilini.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|