+ANNESS I Klassifikazzjoni ta' entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ
|
ANNESS I Klassifikazzjoni ta' entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ
ANNESS I
Klassifikazzjoni ta' entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ
|
Bucket
|
Items
|
|
1
|
(a) Derivattivi ta' kreditu u garanziji ġenerali ta' dejn, inkluż ittri ta' kreditu irrevokabbli li jservu ta' garanziji finanzjarji għal self u titoli, u aċċettazzjonijiet, inkluż approvazzjonijiet bil-karattru ta' aċċettazzjonijiet, kif ukoll kwalunkwe sostitut ieħor ta' kreditu dirett;
(b) Ftehimiet ta' bejgħ u riakkwist u bejgħ ta' assi b'rikors meta r-riskju ta' kreditu jibqa' f'idejn l-istituzzjoni;
(c) Titoli mislufa mill-istituzzjoni jew titoli li jiddaħħlu mill-istituzzjoni bħala kollateral, inkluż każijiet fejn dawk jirriżultaw minn tranżazzjonijiet tat-tip riakkwist;
(d) Xiri ta' assi bil-quddiem, depożiti bil-quddiem u ishma u titoli mħallsa parzjalment, li jirrappreżentaw impenji bi ġbid ċert ta' kreditu;
(e) Entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jikkostitwixxu sostitut ta' kreditu meta ma jkunux inklużi b'mod espliċitu f'xi kategorija oħra;
(f) Entrati oħra li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkollhom riskju simili u kif ikkomunikati lill-EBA.
|
|
2
|
(a) Faċilitajiet ta' ħruġ ta' noti (NIFs) u faċilitajiet ċirkolanti ta' sottoskrizzjoni (RUFs) irrispettivament mill-maturità tal-faċilità sottostanti;
(b) Garanziji tal-eżekuzzjoni, garanziji tal-offerti, garanziji u ittri ta' kreditu irrevokabbli relatati ma' tranżazzjonijiet partikolari u entrati kontinġenti simili relatati mat-tranżazzjonijiet, għajr entrati ta' finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ imsemmija fil-bucket 4;
(c) Entrati oħra li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkollhom riskju simili, kif ikkomunikati lill-EBA.
|
|
3
|
(a) L-ammont mhux miġbud ta' impenji, irrispettivament mill-maturità tal-faċilità sottostanti, sakemm ma jaqgħux taħt kategorija oħra;
(b) Entrati oħra li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkollhom riskju simili, kif ikkomunikati lill-EBA.
|
|
4
|
(a) Entrati ta' finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ:
(i) garanziji, inkluż garanziji tal-offerta u tal-eżekuzzjoni u garanziji assoċjati ta' pagamenti bil-quddiem u żamma, kif ukoll garanziji li ma jkollhomx il-karattru ta' sostituti ta' kreditu;
(ii) garanziji, inkluż garanziji tal-offerta u tal-eżekuzzjoni u garanziji assoċjati ta' pagamenti bil-quddiem u żamma, kif ukoll garanziji li ma jkollhomx il-karattru ta' sostituti ta' kreditu;
(iii) ittri kummerċjali ta' kreditu għal żmien qasir u awtolikwidanti li jirriżultaw mill-moviment tal-merkanzija, b'mod partikolari dokumenti ta' kreditu kollateralizzati mill-konsenja sottostanti, f'każ ta' istituzzjoni emittenti jew istituzzjoni li tikkonferma;
(b) Entrati oħra li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkollhom riskju simili, kif ikkomunikati lill-EBA.
|
|
5
|
(a) L-ammont mhux miġbud ta' impenji kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet;
(b) L-ammont mhux miġbud ta' linji ta' kreditu fil-livell tal-konsumatur li għalihom it-termini jippermettu lill-istituzzjoni tikkanċellahom sal-limitu massimu permissibbli skont atti għall-protezzjoni tal-konsumatur u atti legali relatati oħra;
(c) Faċilitajiet ta' kreditu mhux miġbuda għal garanziji tal-offerta u tal-eżekuzzjoni li jistgħu jiġu kkanċellati mingħajr kundizzjonijiet fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż minn qabel, jew li effettivament jipprevedu l-kanċellazzjoni awtomatika minħabba deterjorament tal-affidabbiltà kreditizja ta' debitur;
(d) Entrati oħra li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkollhom riskju simili, kif ikkomunikati lill-EBA.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|