|
+Artikolu 18 3. |
Artikolu 18 3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiddeterminaw it-tip ta' sanzjonijiet amministrattivi jew ta' miżuri amministrattivi oħra msemmija fil-paragrafu 1 u l-livell ta' sanzjonijiet amministrattivi pekunarji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż, fejn adatt:
(a)
il-gravità u d-durata tal-ksur;
(b)
il-grad ta' responsabbiltà tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għall-ksur;
(c)
is-saħħa finanzjarja tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għall-ksur, inkluż il-fatturat totali tal-persuni ġuridiċi jew l-introjtu annwali tal-persuni fiżiċi;
(d)
l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat mill-persuni ġuridiċi responsabbli għall-ksur;
(e)
kwalunkwe telf imġarrab minn partijiet terzi bħala riżultat tal-ksur;
(f)
il-livell ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti;
(g)
il-ksur preċedenti mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għall-ksur;
(h)
kwalunkwe konsegwenza sistemika potenzjali tal-ksur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|