|
+Artikolu 36 1. |
Artikolu 36 1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw, sal-punt rilevanti u meħtieġ, filwaqt li jieħdu kont tad-daqs, il-profil ta' riskju u l-mudell ta' negozju tad-ditta tal-investiment, l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mid-ditti tal-investiment sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva u mar-Regolament (UE) 2019/2033 u jevalwaw dan li ġej bħala adatt u rilevanti, sabiex ikunu żgurati l-maniġment tajjeb u l-kopertura tar-riskji tagħhom:
(a)
ir-riskji msemmija fl-Artikolu 29;
(b)
iż-żona ġeografika tal-iskoperturi tad-ditta tal-investiment;
(c)
il-mudell kummerċjali tad-ditta tal-investiment;
(d)
il-valutazzjoni tar-riskju sistemiku, filwaqt li jittieħed kont tal-identifikazzjoni u tal-kejl tar-riskju sistemiku skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-BERS;
(e)
ir-riskji li jaffaċċjaw is-sigurtà tan-netwerk u s-sistemi ta' informazzjoni tad-ditti tal-investiment sabiex ikunu żgurati l-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tal-proċessi, id-data u l-assi tagħhom;
(f)
l-iskopertura tad-ditti tal-investiment għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar;
(g)
l-arranġamenti ta' governanza tad-ditti tal-investiment u l-ħila tal-membri tal-korp maniġerjali biex iwettqu dmirijiethom. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont debitu ta' jekk id-ditti tal-investiment għandhomx assigurazzjoni ta' indennizz professjonali. Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jimmonitorjaw l-iżviluppi fil-prattiki tad-ditti tal-investiment dwar il-ġestjoni tar-riskju ta’ konċentrazzjoni tagħhom li jirriżulta minn skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, inklużi l-pjanijiet żviluppati f’konformità mal-Artikolu 29(1) ta’ din id-Direttiva, kif ukoll il-progress li sar fl-adattament tal-mudelli tan-negozju tagħhom għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|