+Artikolu 37 Rieżami kontinwu tal-permess biex jintużaw mudelli interni
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 37 4.

Artikolu 37 Rieżami kontinwu tal-permess biex jintużaw mudelli interni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 37 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirrieżaminaw fuq bażi regolari, u mill-inqas kull tliet snin, il-konformità tad-ditti tal-investiment mar-rekwiżiti għall-permess li jużaw mudelli interni kif imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2019/2033. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu b'mod partikolari t-tibdiliet fin-negozju ta' ditta tal-investiment u l-implimentazzjoni ta' dawk il-mudelli interni għal prodotti ġodda, u jirrieżaminaw u jivvalutaw jekk id-ditta tal-investiment tużax tekniki u prattiki żviluppati sew u aġġornati għal dawk il-mudelli interni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-dgħufijiet materjali identifikati fil-kopertura tar-riskju mill-mudelli interni ta' ditta tal-investiment jiġu rettifikati, jew jieħdu passi biex jimmitigaw il-konsegwenzi tagħhom, inkluż billi jimponu supplimentazzjonijiet kapitali jew fatturi akbar ta' multiplikazzjoni.
Artikolu 37 2.
Jekk, għal mudelli interni tar-riskju għas-suq, iseħħ li tinqabeż il-mira ħafna drabi kif imsemmi fl-Artikolu 366 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sitwazzjoni li tindika li l-mudelli interni mhumiex jew m'għadhomx preċiżi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevokaw il-permess għall-użu tal-mudelli interni jew jimponu miżuri adatti biex jiżguraw li l-mudelli interni jittejbu minnufih f'perijodu ta' żmien stabbilit.
Artikolu 37 3.
Meta ditta tal-investiment li tkun ingħatat permess biex tuża mudelli interni ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti biex tapplika dawk il-mudelli interni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li d-ditta tal-investiment jew turi li l-effett ta' nuqqas ta' konformità hu immaterjali jew tippreżenta pjan u skadenza għall-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu titjib fil-pjan ippreżentat meta jkun hemm il-probabbiltà li dak il-pjan ma jkunx għal kollox kompatibbli jew jekk l-iskadenza ma tkunx adatta.

Meta jkun improbabbli li d-ditta tal-investiment tkun ser tikkonforma sal-iskadenza stipulata jew ma tkunx uriet b'mod sodisfaċenti li l-effett ta' nuqqas ta' konformità hu immaterjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirrevokaw il-permess li jintużaw mudelli interni jew li jillimitawh għal dawk l-oqsma li huma konformi, jew dawk l-oqsma fejn il-konformità tkun tista' tinkiseb fi ħdan skadenza adatta.

Artikolu 37 4.
L-ABE għandha tanalizza mudelli interni fost id-ditti tal-investiment u għandha tanalizza kif id-ditti tal-investiment li jużaw mudelli interni jittrattaw riskji jew skoperturi simili. Hija għandha tinforma lill-ESMA b'dan.

Biex tippromwovi prassi superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettiv, l-ABE, fuq il-bażi ta' dik l-analiżi u f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, għandha tiżviluppa linji gwida b'punti ta' riferiment dwar kif id-ditti tal-investiment għandhom jużaw mudelli interni u kif dawn il-mudelli interni għandhom jiġu applikati għal riskji jew skoperturi simili.

L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu kont ta' dik l-analiżi u dawk il-linji-gwida għar-rieżami msemmi fil-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.