|
+Artikolu 40 1. |
Artikolu 40 1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) biss fejn, fuq il-bażi tar-rieżamijiet imwettqa skont l-Artikoli 36 u 37, dawn jaċċertaw kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin għal ditta tal-investiment:
(a)
id-ditta tal-investiment tkun esposta għal riskji jew għal elementi tar-riskji, jew toħloq riskji għal oħrajn li huma materjali u li mhumiex koperti jew li mhumiex koperti biżżejjed mir-rekwiżit ta' fondi proprji, u speċjalment ir-rekwiżiti tal-fattur-K, stipulati fit-Tielet jew ir-Raba' Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033;
(b)
id-ditta tal-investiment ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 24 u 26 u miżuri superviżorji oħra x'aktarx ma jkunux ser itejbu biżżejjed l-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji fi żmien adatt;
(c)
l-aġġustamenti marbuta mal-valwazzjoni prudenzjali tal-portafoll tan-negozjar ma jkunux biżżejjed biex id-ditta tal-investiment tkun tista' tbigħ jew tiħħeġġja l-pożizzjonijiet tagħha f'perijodu qasir ta' żmien bla ma ġġarrab telf materjali f'kondizzjonijiet normali tas-suq;
(d)
ir-rieżami mwettaq f'konformità mal-Artikolu 37 juri li n-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-mudelli interni permessi aktarx li ser iwassal għal livelli inadegwati ta' kapital;
(e)
id-ditta tal-investiment ripetutament tonqos milli tistabbilixxi jew iżżomm livell adegwat ta' fondi proprji kif stipulat fl-Artikolu 41. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|