+Artikolu 49 Rekwiżiti ta' kooperazzjoni
---+Artikolu 49 1.
---+Artikolu 49 2.
---+Artikolu 49 3.
---+Artikolu 49 4.
---+Artikolu 49 5.
|
Artikolu 49 Rekwiżiti ta' kooperazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 49 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżur tal-grupp u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 48(5) jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni kollha rilevanti kif meħtieġ, inklużi dawn li ġejjin:
(a)
l-identifikazzjoni tal-istruttura legali u ta' governanza tal-grupp ta' ditti tal-investiment, inkluża l-istruttura organizzazzjonali tiegħu, billi jiġu koperti l-entitajiet regolati u mhux regolati, is-sussidjarji mhux regolati u l-intrapriżi prinċipali kollha, u tal-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet regolati fil-grupp ta' ditti tal-investiment;
(b)
il-proċeduri għall-ġbir tal-informazzjoni mingħand id-ditti tal-investiment fi grupp ta' ditti tal-investiment, u l-proċeduri għall-verifika ta' dik l-informazzjoni;
(c)
kwalunkwe żvilupp negattiv fid-ditti tal-investiment jew f'entitajiet oħra ta' grupp ta' ditti tal-investiment, li jista' jaffettwa serjament dawk id-ditti tal-investiment;
(d)
kwalunkwe sanzjoni u miżura eċċezzjonali sinifikanti meħuda mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva;
(e)
l-impożizzjoni ta' rekwiżit tal-fondi proprji speċifiku skont l-Artikolu 39 ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 49 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti u s-superviżur tal-grupp jistgħu jirreferu għall-ABE, f'konformità mal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, meta l-informazzjoni rilevanti ma tkunx ġiet ikkomunikata skont il-paragrafu 1 mingħajr dewmien żejjed jew meta talba għal kooperazzjoni, b'mod partikolari għall-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, tkun ġiet irrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi ħdan perijodu raġonevoli ta' żmien. F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, kif ukoll fuq inizjattiva tagħha stess, l-ABE tista' tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fl-iżvilupp ta' prattiki ta' kooperazzjoni konsistenti.
|
|
Artikolu 49 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, qabel ma jadottaw deċiżjoni li tista' tkun importanti għall-kompiti superviżorji ta' awtoritajiet kompetenti oħra, jikkonsultaw lil xulxin dwar dawn li ġejjin:
(a)
it-tibdiliet fl-istruttura tal-azzjonisti, organizzazzjonali jew maniġerjali tad-ditti tal-investiment fil-grupp ta' ditti tal-investiment, li jirrikjedu l-approvazzjoni jew l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti;
(b)
sanzjonijiet sinifikanti imposti fuq id-ditti tal-investiment mill-awtoritajiet kompetenti jew kwalunkwe miżura eċċezzjonali oħra meħuda minn dawk l-awtoritajiet; u
(c)
rekwiżiti tal-fondi proprji speċifiċi imposti f'konformità mal-Artikolu 39.
|
|
Artikolu 49 4.
|
Is-superviżur tal-grupp għandu jiġi kkonsultat meta jkunu ser jiġu imposti sanzjonijiet sinifikanti jew tkun ser tittieħed kwalunkwe miżura eċċezzjonali oħra mill-awtoritajiet kompetenti kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 49 5.
|
B'deroga mill-paragrafu 3, awtorità kompetenti mhix obbligata tikkonsulta lil awtoritajiet kompetenti oħra f'każijiet ta' urġenza jew meta tali konsultazzjoni tista' xxekkel l-effettività tad-deċiżjoni tagħha, f'liema każ l-awtorità kompetenti għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra b'dik id-deċiżjoni li mhix ser issir konsultazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|