|
+Artikolu 49 1. |
Artikolu 49 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżur tal-grupp u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 48(5) jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni kollha rilevanti kif meħtieġ, inklużi dawn li ġejjin:
(a)
l-identifikazzjoni tal-istruttura legali u ta' governanza tal-grupp ta' ditti tal-investiment, inkluża l-istruttura organizzazzjonali tiegħu, billi jiġu koperti l-entitajiet regolati u mhux regolati, is-sussidjarji mhux regolati u l-intrapriżi prinċipali kollha, u tal-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet regolati fil-grupp ta' ditti tal-investiment;
(b)
il-proċeduri għall-ġbir tal-informazzjoni mingħand id-ditti tal-investiment fi grupp ta' ditti tal-investiment, u l-proċeduri għall-verifika ta' dik l-informazzjoni;
(c)
kwalunkwe żvilupp negattiv fid-ditti tal-investiment jew f'entitajiet oħra ta' grupp ta' ditti tal-investiment, li jista' jaffettwa serjament dawk id-ditti tal-investiment;
(d)
kwalunkwe sanzjoni u miżura eċċezzjonali sinifikanti meħuda mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva;
(e)
l-impożizzjoni ta' rekwiżit tal-fondi proprji speċifiku skont l-Artikolu 39 ta' din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|