+Artikolu 29 Skopertura futura potenzjali
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
---+Artikolu 29 6.
---+Artikolu 29 7.
---+Artikolu 29 8.

Artikolu 29 Skopertura futura potenzjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1.

L-iskopertura futura potenzjali (PFE) imsemmija fl-Artikolu 27 għandha tiġi kkalkolata għal kull derivat bħala l-prodott ta’:

(a) 

l-ammont nozzjonali effettiv (EN) tat-tranżazzjoni stabbilit f’konformità mal-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu; u

(b) 

il-fattur superviżorju (SF) stabbilit f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 29 2.
L-ammont nozzjonali effettiv (EN) għandu jkun ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont nozzjonali kkalkolat f’konformità mal-paragrafu 3, id-durata tiegħu kkalkolata f’konformità mal-paragrafu 4, u d-delta superviżorja tiegħu kkalkolata f’konformità mal-paragrafu 6.
Artikolu 29 3.

L-ammont nozzjonali, sakemm ma jkunx stipulat biċ-ċar u fiss sal-maturità, għandu jiġi determinat kif ġej:

(a) 

għall-kuntratti tad-derivati tal-kambju, l-ammont nozzjonali hu ddefinit bħala l-ammont nozzjonali tal-komponent tal-munita barranija tal-kuntratt, ikkonvertit għall-munita domestika, jekk iż-żewġ komponenti ta’ derivat tal-kambju jkunu denominati f’muniti li mhumiex il-munita domestika, l-ammont nozzjonali ta’ kull komponent jiġi kkonvertit għall-munita domestika u l-komponent bl-akbar valur tal-munita domestika jkun l-ammont nozzjonali;

(b) 

għal kuntratti ta’ ekwità u ta’ derivati ta' komoditajiet u għal kwoti tal-emissjonijiet u derivati tagħhom, l-ammont nozzjonali hu ddefinit bħala r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-prezz tas-suq ta’ unità waħda tal-istrument u n-numru ta’ unitajiet referenzjati min-negozju;

(c) 

għal tranżazzjonijiet b’diversi ħlasijiet li huma kontinġenti għall-istat inklużi opzjonijiet diġitali jew forwards ta’ tifdija fil-mira, ditta tal-investiment għandha tikkalkola l-ammont nozzjonali għal kull stat u tuża l-akbar kalkolu li jirriżulta;

(d) 

jekk in-nozzjonal ikun formula ta’ valuri tas-suq, id-ditta tal-investiment għandha ddaħħal is-CMV biex tiddetermina l-ammont nozzjonali tan-negozju;

(e) 

għal swaps nozzjonali varjabbli bħal swaps ta’ amortizzazzjoni u ta’ akkrezzjoni, id-ditti tal-investiment għandhom jużaw in-nozzjonal medju tul il-ħajja li jifdal tas-swap bħala l-ammont nozzjonali tan-negozju;

(f) 

swaps ingranati għandhom jiġu kkonvertiti fl-ammont nozzjonali tas-swap mhux ingranata ekwivalenti biex meta r-rati kollha fi swap jiġu multiplikati b’fattur, l-ammont nozzjonali ddikjarat jiġi multiplikat bil-fattur fuq ir-rati tal-imgħax biex jiġi determinat l-ammont nozzjonali;

(g) 

għal kuntratt tad-derivati bi skambji multipli ta’ prinċipal, l-ammont nozzjonali għandu jiġi multiplikat bin-numru ta’ skambji ta’ prinċipal fil-kuntratt tad-derivati biex jiġi determinat l-ammont nozzjonali.

Artikolu 29 4.
L-ammont nozzjonali tal-kuntratti tad-derivati tar-rata tal-imgħax u ta’ kreditu għaż-żmien sal-maturità (fi snin) ta’ dawk il-kuntratti għandu jiġi aġġustat skont id-durata stabbilita fil-formula li ġejja:

Durata = (1 – ska (-0,05 • żmien sal-maturità)) / 0,05

Għal kuntratti tad-derivati għajr il-kuntratti tar-rata tal-imgħax u l-kuntratti tad-derivati ta’ kreditu, id-durata għandha tkun ta’ 1.

Artikolu 29 5.
Il-maturità ta’ kuntratt għandha tkun l-aħħar data li fiha jkun għadu jista’ jiġi eżegwit il-kuntratt.

Jekk id-derivat jagħmel referenza għall-valur ta’ rata tal-imgħax oħra jew għal strument tal-kreditu ieħor, il-perijodu ta’ żmien għandu jiġi determinat fuq il-bażi tal-istrument sottostanti.

Għal opzjonijiet, il-maturità għandha tkun l-aħħar data tal-eżerċizzju kuntrattwali kif speċifikata mill-kuntratt.

Għal kuntratt tad-derivati li hu strutturat b’tali mod li f’dati speċifiċi kwalunkwe skopertura pendenti tiġi saldata u t-termini jiġu risettjati sabiex il-valur ġust tal-kuntratt ikun żero, il-maturità li jifdal għandha tkun daqs iż-żmien sad-data ta’ risettjar li jmiss.

Artikolu 29 6.
Id-delta superviżorja tal-opzjonijiet u tas-swapzjonijiet tista’ tiġi kkalkolata mid-ditta tal-investiment stess, bl-użu ta’ mudell xieraq soġġett għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Il-mudell għandu jagħti stima tar-rata ta’ tibdil tal-valur tal-opzjoni fir-rigward ta’ tibdiliet żgħar fil-valur tas-suq tas-sottostanti. Għal tranżazzjonijiet għajr opzjonijiet u swapzjonijiet jew meta l-ebda mudell ma jkun ġie approvat mill-awtoritajiet kompetenti, id-delta għandha tkun 1.
Artikolu 29 7.

Il-fattur superviżorju (SF) għal kull klassi tal-assi għandu jiġi stabbilit f'konformità mat-tabella li ġejja:



Tabella 3

Klassi tal-assi

Fattur ta’ superviżjoni

Rata tal-imgħax

0.5 %

Munita barranija

4 %

Kreditu

1 %

Isem uniku tal-ekwità

32 %

Indiċi ta’ ekwità

20 %

Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet

18 %

Oħrajn

32 %

Artikolu 29 8.

L-iskopertura futura potenzjali ta’ sett tan-netting hija s-somma tal-iskopertura futura potenzjali tat-tranżazzjonijiet kollha inklużi fis-sett tan-netting, immultiplikata bi:

(a) 

0,42, għal settijiet tan-netting ta’ tranżazzjonijiet ma’ kontropartijiet finanzjarji u mhux finanzjarji li għalihom kollateral jiġi skambjat bilateralment mal-kontroparti, jekk meħtieġ, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(b) 

1, għal settijiet tan-netting oħra.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.