+Artikolu 33 Kejl ta’ DTF għall-fini ta’ kalkolu ta’ K-DTF
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.

Artikolu 33 Kejl ta’ DTF għall-fini ta’ kalkolu ta’ K-DTF

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 1.
Għall-finijiet ta’ kalkolu ta’ K-DTF, DTF għandu jkun il-medja riportata tal-valur tal-fluss tan-negozjar totali ta’ kuljum, imkejjel matul kull jum ta' negozju tul id-disa' xhur preċedenti, esklużi l-aktar tliet xhur reċenti.

DTF għandu jkun il-medja aritmetika tal-valuri ta’ kuljum mis-sitt xhur li jifdal.

Il-K-DTF għandu jiġi kkalkolat fl-ewwel jum ta’ negozju ta’ kull xahar.

Artikolu 33 2.

DTF għandu jitkejjel bħala s-somma tal-valur assolut ta’ xirjiet u l-valur assolut ta’ bejgħ kemm għal negozji fi flus kif ukoll għal derivati f’konformità ma’ dawn li ġejjin:

(a) 

għal negozji fi flus, il-valur hu l-ammont imħallas jew riċevut għal kull negozju.

(b) 

għal derivati, il-valur tan-negozju hu l-ammont nozzjonali tal-kuntratt.

L-ammont nozzjonali ta’ derivati tar-rata tal-imgħax għandu jiġi aġġustat għaż-żmien (fi snin) sal-maturità ta’ dawn il-kuntratti. L-ammont nozzjonali għandu jiġi mmultiplikat bit-tul ta’ żmien stabbilit fil-formula li ġejja:

Durata = żmien sal-maturità (fi snin) / 10

Artikolu 33 3.
DTF għandu jeskludi tranżazzjonijiet eżegwiti minn ditta tal-investiment bil-għan li tipprovdi servizzi ta’ mmaniġġar ta’ portafolli għan-nom ta’ fondi ta’ investiment.

DTF għandu jinkludi tranżazzjonijiet eżegwiti minn ditta tal-investiment f’isimha stess għaliha stess jew għan-nom ta’ klijent.

Artikolu 33 4.
Fejn ditta tal-investiment kellha fluss ta’ negozjar ta’ kuljum għal inqas minn disa' xhur, din għandha tuża data storika għad-DTF għall-perijodu speċifikat taħt il-paragrafu 1 malli tali data ssir disponibbli biex tikkalkula K-DTF. L-awtorità kompetenti tista’ tissostitwixxi punti ta’ data storiċi neqsin b’determinazzjonijiet regolatorji bbażati fuq il-projezzjonijiet tan-negozju tad-ditta tal-investiment ippreżentati skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.