|
+Artikolu 7 Determinazzjoni tal-ammont ripagabbli ---+Article 7 1. ---+Article 7 2. ---+Article 7 3. ---+Article 7 4. ---+Article 7 5. ---+Article 7 6. ---+Article 7 7. ---+Article 7 8. ---+Article 7 9. |
Artikolu 7 Determinazzjoni tal-ammont ripagabbliArtikolu 7 Determinazzjoni tal-ammont ripagabbli 1. Il-limitu msemmi fl-Artikolu 6 (1) għandu japplika għad-depożiti aggregati mqiegħda mal-istess istituzzjoni ta’ kreditu irrispettivament mill-għadd ta’ depożiti, il-munita u l-lokalità fl-Unjoni. 2. Is-sehem ta’ kull depożitant f’kont konġunt għandu jittieħed kont tiegħu fil-kalkolu tal-limitu previst fl-Artikolu 6 (1). Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċjali, tali kont għandu jitqassam b’mod ekwu fost id-depożitanti. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li depożiti f’kont li għalih żewġ persuni jew aktar jkunu intitolati bħala membri ta’ sħubija ta’ negozju, assoċjazzjoni jew gruppi ta’ natura simili, mingħajr personalità legali, jistgħu jkunu aggregati u ttrattati bħallikieku kienu magħmula minn depożitant wieħed għall-fini tal-kalkolu tal-limitu previst fl-Artikolu 5 (1). 3. Fejn depożitant ma jkunx assolutament intitolat għas-somom miżmumin f’kont, il-persuna li tkun assolutament intitolata għandha tkun koperta mill-garanzija, sakemm dik il-persuna tkun ġiet identifikata jew tkun identifikabbli qabel id-data li fiha awtorità amministrattiva rilevanti tagħmel determinazzjoni kif imsemmija fil-punt (8)(a) tal-Artikolu 2(1)jew awtorità ġudizzjarja tagħti deċiżjoni kif imsemmija fil–punt (8)(b) tal-Artikolu 2(1). Fejn ikun hemm diversi persuni li jkunu assolutament intitolati, is-sehem ta’ kull wieħed minnhom taħt l-arranġamenti li tkun soġġetta għalihom l-amministrazzjoni tas-somom għandu jittieħed kont tiegħu meta jiġi kkalkolat l-limitu previst fl-Artikolu 6(1). 4. Id-data ta’ referenza għall-kalkolu tal-ammont ripagabbli għandha tkun id-data li fiha awtorità amministrattiva rilevanti tagħmel determinazzjoni kif imsemmija fil-punt (8)(a) tal-Artikolu 2(1)jew meta awtorità ġudizzjarja tagħti deċiżjoni kif imsemmija fil-punt (8)(b) tal-Artikolu 2(1). L-obbligazzjonijiet tad-depożitant lejn l-istituzzjoni ta’ kreditu m’għandhomx jitqiesu meta jiġi kkalkolat l-ammont ripagabbli. 5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-obbligazzjonijiet tad-depożitant lejn l-istituzzjoni ta’ kreditu jittieħed kont tagħhom meta jkun qed jiġi kkalkolat l-ammont ripagabbli, fejn ikunu waslu għall-ħlas fid-data li fiha awtorità amministrattiva rilevanti tagħmel determinazzjoni kif imsemmija fil-punt (8)(a) tal-Artikolu 2(1)jew qabilha jew meta awtorità ġudizzjarja tagħti deċiżjoni kif imsemmija fil-punt (8)(b) tal-Artikolu 2(1)sa fejn il-ħlas ikun possibbli taħt id-dispożizzjonijiet statutorji u dawk kuntrattwali li jirregolaw il-kuntratt bejn l-istituzzjoni ta’ kreditu u d-depożitant. Id-depożitanti għandhom jiġu informati qabel il-konklużjoni tal-kuntratt mill-istituzzjoni ta’ kreditu fejn l-obbligazzjonijiet tagħhom lejn l-istituzzjoni ta’ kreditu jittieħed kont tagħhom meta jiġi kkalkolat l-ammont ripagabbli. 6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD jkunu jistgħu fi kwalunkwe ħin jitolbu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jinformawhom dwar l-ammont aggregat ta’ depożiti eliġibbli ta’ kull depożitant. 7. L-imgħax fuq id-depożiti li ġew akkumulati sad-data li fiha awtorità amministrattiva rilevanti tagħmel determinazzjoni kif imsemmija fil-punt (8)(a) tal-Artikolu 2(1) jew meta awtorità ġudizzjarja tagħti deċiżjoni kif imsemmija fil-punt (8)(b) tal-Artikolu 2(1)iżda li ma jkunux ġew ikkreditat f’din id-data għandhom jiġu rimborżati mill-SGD. Il-limitu msemmi fl-Artikolu 5(1) ma għandux jinqabeż. 8. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ċerti kategoriji ta’ depożiti li jissodisfaw skop soċjali definit mil-liġi nazzjonali, li għalihom parti terza tkun tat garanzija konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, ma jitqisux meta jiġu aggregati d-depożiti li jkollu l-istess depożitant mal-istess istituzzjoni ta’ kreditu kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. F’tali każijiet, il-garanzija tal-parti terza għandha tkun limitata għal-livell ta’ kopertura stabbilit fl-Artikolu 6(1). 9. Fejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu permessi skont il-liġi nazzjonali joperaw taħt trademarks differenti kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ), Stat Membru għandu jiżgura li d-depożitanti jkunu informati b’mod ċar li l-istituzzjoni ta’ kreditu topera taħt trademarks differenti u li l-livell ta’ kopertura stabbilit fl-Artikolu 6(1), (2) u (3) ta’ din id-Direttiva japplika għad-depożiti aggregati li d-depożitant ikollu mal-istituzzjoni ta’ kreditu. Dik l-informazzjoni għandha tkun inkluża fl-informazzjoni tad-depożitant imsemmija fl-Artikolu 16, u l-Anness I, ta’ din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|