+Artikolu 5 4.

Artikolu 5 4.

Investitur istituzzjonali, għajr l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali, li jkollu pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, għandu tal-inqas:

(a) 

jistabbilixxi proċeduri bil-miktub xierqa li huma proporzjonati għall-profil tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u, fejn rilevanti, għall-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar tal-investituri istituzzjonali, sabiex isir monitoraġġ, fuq bażi kontinwa, tal-konformità mal-paragrafi 1 u 3 u l-prestazzjoni tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u tal-iskoperturi sottostanti.

Fejn rilevanti fir-rigward tat-titolizzazzjoni u l-iskoperturi sottostanti, dawk il-proċeduri bil-miktub għandhom jinkludu monitoraġġ tat-tip ta’ skopertura, il-perċentwal ta’ self skaduti b’iktar minn 30, 60 u 90 jum, ir-rati ta’ inadempjenza, ir-rati ta’ prepagament, is-self fi preklużjoni, ir-rati ta’ rkupru, ir-riakkwisti, il-modifiki tas-self, il-pawżi mill-pagamenti, it-tip ta’ kollateral u l-okkupanza, u d-distribuzzjoni tal-frekwenza tal-punteġġi tal-kreditu jew miżuri oħrajn tal-affidabbiltà kreditizja bejn skoperturi sottostanti, l-industrija u d-diversifikazzjoni ġeografika, id-distribuzzjoni tal-frekwenza tal-proporzjonijiet bejn is-self u l-valur b’firxiet li jiffaċilitaw analiżi adegwata tas-sensittività. Meta l-iskoperturi sottostanti huma stess ikunu pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, kif permess skont l-Artikolu 8, l-investituri istituzzjonali għandhom jissorveljaw ukoll l-iskoperturi sottostanti għal dawk il-pożizzjonijiet;

(b) 

f’każ ta’ titolizzazzjoni għajr programm ABCP appoġġat b’mod sħiħ, jagħmel b’mod regolari testijiet tal-istress fuq il-flussi tal-flus u l-valuri tal-kollateral li jappoġġaw l-iskoperturi sottostanti, jew, fin-nuqqas ta’ data suffiċjenti dwar il-flussi tal-flus u l-valuri tal-kollateral, testijiet tal-istress fuq suppożizzjonijiet ta’ telf, b’kunsiderazzjoni għall-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni;

(c) 

fil-każ ta’ programm ABCP appoġġat b’mod sħiħ, iwettaq b’mod regolari testijiet tal-istress fuq is-solvenza u l-likwidità tal-isponsor;

(d) 

jiżgura rapportar intern lill-korp maniġerjali tiegħu sabiex il-korp maniġerjali jkun jaf bir-riskji materjali li jirriżultaw mill-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u sabiex dawk ir-riskji jiġu mmaniġġati b’mod adegwat;

(e) 

ikun kapaċi juri lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu, fuq talba, li għandu fehim komprensiv u profond tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u l-iskoperturi sottostanti tagħha u li implimenta politiki u proċeduri miktubin għall-immaniġġar tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u għaż-żamma ta’ reġistri għall-verifiki u d-diliġenza dovuta f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 u ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti; u

(f) 

fil-każ ta’ skoperturi għal programm ABCP appoġġat b’mod sħiħ, ikun kapaċi juri lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu, fuq talba, li għandu fehim komprensiv u dettaljat tal-kwalità kreditizja tal-isponsor u tat-termini tal-faċilità ta’ likwidità pprovduta.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.