+Artikolu 3 Ħatra ta’ awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u ministeri kompetenti
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5
---+Artikolu 3 6
---+Artikolu 3 7
---+Artikolu 3 8
---+Artikolu 3 9
---+Artikolu 3 10
---+Artikolu 3 11
---+Artikolu 3 12

Artikolu 3 Ħatra ta’ awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u ministeri kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità ta’ riżoluzzjoni waħda jew aktar li jkollhom is-setgħa li japplikaw l-għodod ta’ riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat ta’ riżoluzzjoni kif stabbilit f’dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom ikunu banek ċentrali nazzjonali, ministeri kompetenti, awtoritajiet amministrattivi pubbliċi jew awtoritajiet oħrajn fdati b’setgħat amministrattivi pubbliċi.

Artikolu 3 2

2.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandu jkollhom il-kompetenzi, ir-riżorsi u l-kapaċità operazzjonali biex japplikaw miżuri ta’ riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom bil-ħeffa u l-flessibbiltà neċessarji biex jinkisbu l-objettivi tar-riżoluzzjoni.

Artikolu 3 3

3.   Meta awtorità ta’ riżoluzzjoni maħtura skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tiġi fdata b’funzjonijiet oħrajn, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti strutturali xierqa biex jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess bejn il-funzjonijiet fdati lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni skont dan ir-Regolament u l-funzjonijiet l-oħrajn kollha fdati lil dik l-awtorità. B’mod partikolari, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti biex tiġi żgurata indipendenza operattiva effettiva, inkluż persunal, linji ta’ rapportar u proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet separati ta’ dik l-awtorità tar-riżoluzzjoni, minn kwalunkwe kompitu li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista’ twettaq skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 bħala awtorità kompetenti tas-CCP u mill-kompiti li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista’ twettaq bħala l-awtorità kompetenti tal-membri tal-ikklirjar imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Artikolu 3 4

4.   Ir-rekwiżiti espressi fil- paragrafu 3 ma għandhomx jipprekludu li l-linji ta’ rapportar jikkonverġu fl-ogħla livell ta’ organizzazzjoni li tinkorpora funzjonijiet jew awtoritajiet differenti, jew li, il-persunal jista’, taħt kondizzjonijiet predefiniti, jiġi kondiviż bejn il-funzjonijiet l-oħra fdati lill-awtorità tar-riżoluzzjoni biex tissodisfa volumi tax-xogħol temporanjament għoljin, jew biex l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun tista’ tuża hija stess l-għarfien espert ta’ persunal kondiviż.

Artikolu 3 5

5.   L-awtoritajiet li jeżerċitaw il-funzjonijiet ta’ superviżjoni u riżoluzzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u dan ir-Regolament, u l-persuni li jeżerċitaw dawk il-funzjonijiet f’isimhom, għandhom jikkooperaw mill-qrib fil-preparazzjoni, l-ippjanar u l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet tar-riżoluzzjoni, kemm fil-każ fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti huma entitajiet separati u kemm fil-każ fejn l-funzjonijiet jitwettqu mill-istess entità.

Artikolu 3 6

6.   . L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jadottaw u jippubblikaw ir-regoli interni li jkollhom fis-seħħ sabiex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3, inkluż regoli li jirrigwardaw is-segretezza professjonali u l-iskambji ta’ informazzjoni bejn l-oqsma funzjonali differenti.

Artikolu 3 7

7.   L-Istati Membri fejn ma tkun ġiet stabbilita l-ebda CCP jistgħu jidderogaw mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3, ħlief fir-rigward ta’ arranġamenti biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess.

Artikolu 3 8

8.   Kull Stat Membru għandu jaħtar ministeru wieħed li għandu jkun responsabbli għall-eżerċitar tal-funzjonijiet fdati lill-ministeru kompetenti skont dan ir-Regolament.

Artikolu 3 9

9.   Fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fi Stat Membru mhijiex il-ministeru kompetenti, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinforma lill-ministeru kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn dwar id-deċiżjonijiet li jittieħdu skont dan ir-Regolament u, għajr jekk stabbilit mod ieħor fil-liġi nazzjonali, tikseb l-approvazzjoni tiegħu qabel timplimenta d-deċiżjonijiet li jkollhom impatt fiskali dirett jew implikazzjonijiet sistemiċi li x’aktarx iwasslu għal impatt fiskali dirett.

Artikolu 3 10

10.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010, dwar l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni maħtura skont il-paragrafu 1.

Artikolu 3 11

11.   Meta Stat Membru jaħtar aktar minn awtorità ta’ riżoluzzjoni waħda skont il-paragrafu 1, in-notifika msemmija fil-paragrafu 10 għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

ir-raġunijiet li jiġġustifikaw dik il-ħatra multipla;

(b)

l-allokazzjoni tal-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet bejn dawk l-awtoritajiet;

(c)

il-mod kif tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejniethom; u

(d)

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni maħtura bħala l-awtorità ta’ kuntatt għall-finijiet ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti ta’ Stati Membri oħrajn.

Artikolu 3 12

12.   L-ESMA għandha tippubblika lista tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u tal-awtoritajiet ta’ kuntatt innotifikati skont il-paragrafu 10.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.