4. L-awtoritajiet kompetenti u ta’ riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar stabbiliti f’pajjiżi terzi u l-awtoritajiet kompetenti u ta’ riżoluzzjoni ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi li magħhom is-CCP tkun stabbilixxiet arranġamenti ta’ interoperabbiltà jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni bħala osservaturi. L-attendenza tagħhom għandha tkun bil-kondizzjoni li dawk l-awtoritajiet ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità li, fl-opinjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP bħala l-president tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, ikunu ekwivalenti għal dawk stipulati fl-Artikolu 73.
Il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni tista’ tkun limitata għad-diskussjoni ta’ kwistjonijiet ta’ infurzar transfruntieri speċifiċi, li jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:
|
(a)
|
l-infurzar ikkoordinat u effettiv tal-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni, b’mod partikolari f’konformità mal-Artikoli 53 u 77;
|
|
(b)
|
l-identifikazzjoni u t-tneħħija tal-impedimenti possibbli għal azzjoni ta’ riżoluzzjoni effettiva li jistgħu jirriżultaw minn liġijiet diverġenti li jirregolaw l-arranġamenti ta’ kollateral, totaliżżar u tpaċija u strateġiji jew setgħat ta’ rkupru u riżoluzzjoni differenti;
|
|
(c)
|
l-identifikazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ kwalunkwe ħtieġa għal rekwiżiti għal ħruġ ta’ liċenzji, rikonoxximent jew awtorizzazzjoni ġodda, fid-dawl tal-ħtieġa li l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jitwettqu fil-ħin;
|
|
(d)
|
sospensjoni possibbli ta’ kwalunkwe obbligu tal-ikklirjar għall-klassijiet tal-assi rilevanti affettwati mir-riżoluzzjoni tas-CCP skont l-Artikolu 6a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew għal kwalunkwe dispożizzjoni ekwivalenti skont il-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz ikkonċernat;
|
|
(e)
|
influwenza possibbli ta’ żoni ta’ ħin differenti fuq tmiem il-ġurnata tax-xogħol applikabbli fir-rigward ta’ tmiem il-ġurnata tan-negozju.
|