+Artikolu 12 7
|
Artikolu 12 7
7. Il-pjan ta’ riżoluzzjoni għandu jispeċifika ċ-ċirkostanzi u x-xenarji differenti għall-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u għall-eżerċitar tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni. Huwa għandu jiddistingwi b’mod ċar, partikularment permezz ta’ xenarji differenti, bejn falliment ikkawżat minn eventi ta’ inadempjenza, eventi mhux ta’ inadempjenza, u taħlita tat-tnejn, kif ukoll bejn tipi differenti ta’ eventi mhux ta’ inadempjenza. Il-pjan ta’ riżoluzzjoni għandu jinkludi dawn li ġejjin, ikkwantifikati, kull meta xieraq u possibbli:
|
(a)
|
sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan li jagħmel distinzjoni bejn eventi ta’ inadempjenza, eventi mhux ta’ inadempjenza u taħlita tat-tnejn;
|
|
(b)
|
sommarju tal-bidliet materjali fis-CCP li seħħew minn mindu ġie aġġornat l-aħħar il-pjan ta’ riżoluzzjoni;
|
|
(c)
|
deskrizzjoni ta’ kif il-funzjonijiet kruċjali tas-CCP jistgħux jiġu separati legalment u ekonomikament, sa fejn neċessarju, mill-funzjonijiet oħrajn tagħha sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kruċjali tagħha fir-riżoluzzjoni tas-CCP;
|
|
(d)
|
stima tal-qafas ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ kull aspett materjali tal-pjan, inkluż ir-rikostituzzjoni tar-riżorsi finanzjarji tas-CCP;
|
|
(e)
|
deskrizzjoni dettaljata tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mwettqa f’konformità mal-Artikolu 15;
|
|
(f)
|
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe miżura meħtieġa skont l-Artikolu 16 sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà identifikati bħala riżultat tal-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 15;
|
|
(g)
|
deskrizzjoni tal-proċessi għad-determinazzjoni tal-valur u l-kummerċjabbiltà tal-funzjonijiet u l-assi kritiċi tas-CCP;
|
|
(h)
|
deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti għall-iżgurar li l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 13 tkun aġġornata u disponibbli għall-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni f’kull ħin;
|
|
(i)
|
spjegazzjoni dwar kif jistgħu jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni mingħajr is-suppożizzjoni tal-elementi msemmija fil-paragrafu 4;
|
|
(j)
|
deskrizzjoni dettaljata tal-istrateġiji differenti tar-riżoluzzjoni li jistgħu jiġu applikati skont ix-xenarji differenti possibbli u l-limiti ta’ żmien relatati magħhom;
|
|
(k)
|
deskrizzjoni ta’ interdipendenzi kritiċi bejn is-CCP u parteċipanti oħrajn fis-suq u bejn is-CCP u fornituri ta’ servizzi kritiċi, arranġamenti ta’ interoperabbiltà u rabtiet ma’ FMIs oħrajn, kif ukoll modi biex jiġu indirizzati dawk l-interdipendenzi kollha;
|
|
(l)
|
deskrizzjoni tal-interdipendenzi intragrupp kritiċi kif ukoll modi kif dawn jiġu indirizzati;
|
|
(m)
|
deskrizzjoni tal-għażliet differenti sabiex jiġi żgurat:
|
(i)
|
l-aċċess għal servizzi ta’ kklerjar u pagamenti u infrastrutturi oħrajn;
|
|
(ii)
|
is-saldu fil-ħin tal-obbligi dovuti lill-membri tal-ikklerjar u, meta applikabbli, il-klijenti tagħhom u kwalunkwe FMIs marbuta;
|
|
(iii)
|
l-aċċess tal-membri tal-ikklerjar, u, meta applikabbli, tal-klijenti tagħhom fuq bażi trasparenti u nondiskriminatorja għat-titoli jew għall-kontijiet tal-flus ipprovduti mis-CCP u għat-titoli jew għall-kollateral fi flus iddepożitati għand is-CCP u miżmuma minnha li huma dovuti lil dawn il-parteċipanti;
|
|
(iv)
|
il-kontinwità fl-operazzjonijiet tar-rabtiet bejn is-CCP u FMIs oħrajn, u bejn is-CCP u ċ-ċentri tan-negozjar;
|
|
(v)
|
il-preservazzjoni tal-portabbiltà tal-pożizzjonijiet u tal-assi relatati ta’ klijenti diretti u indiretti; u
|
|
(vi)
|
il-preservazzjoni tal-liċenzji, l-awtorizzazzjonijiet, ir-rikonoxximenti u d-deżinjazzjonijiet legali ta’ CCP fejn neċessarju għat-twettiq kontinwat tal-funzjonijiet kruċjali tas-CCP inkluż ir-rikonoxximent tagħha għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli rilevanti dwar il-finalità tas-saldu u l-parteċipazzjoni f’FMIs oħrajn jew f’ċentri tan-negozjar, jew ir-rabtiet magħhom;
|
|
|
(n)
|
deskrizzjoni ta’ kif l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ser tikseb l-informazzjoni neċessarja biex twettaq il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 24;
|
|
(o)
|
analiżi tal-impatt tal-pjan fuq l-impjegati tas-CCP, inkluż valutazzjoni ta’ kwalunkwe spiża assoċjata, u deskrizzjoni tal-proċeduri previsti sabiex il-persunal jiġi kkonsultat matul il-proċess ta’ riżoluzzjoni, b’kont meħud tar-regoli u s-sistemi nazzjonali għad-djalogu mas-sħab soċjali;
|
|
(p)
|
pjan għall-komunikazzjoni mal-media u mal-pubbliku bil-għan li jkun hemm kemm jista’ jkun trasparenza;
|
|
(q)
|
deskrizzjoni tal-operazzjonijiet u s-sistemi essenzjali sabiex jinżamm il-funzjonament kontinwu tal-proċessi operazzjonali tas-CCP;
|
|
(r)
|
deskrizzjoni tal-arranġamenti għan-notifika tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 72(1);
|
|
(s)
|
deskrizzjoni tal-miżuri biex tiġi ffaċilitata l-portabbiltà tal-pożizzjonijiet u tal-assi relatati tal-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tas-CCP inadempjenti mis-CCP inadempjenti għal CCP oħra jew CCP tranżitorja, filwaqt li ma jiġux affettwati r-relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|