|
+Artikolu 27 6 |
Artikolu 27 66. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ titlob is-CCP tikkumpensa lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti għat-telf tagħhom li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ għodod għall-allokazzjoni tat-telf, fejn dak it-telf ikun ogħla mit-telf li l-membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti kien ikollu jġorr taħt l-obbligi tagħhom skont ir-regoli operattivi tas-CCP, dment li l-membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti kien ikollu dritt għall-pagament tad-differenza msemmija fl-Artikolu 62. Il-kumpens imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jieħu l-forma ta’ strumenti ta’ sjieda, strumenti ta’ dejn jew strumenti li jirrikonoxxu pretensjoni fuq il-profitti futuri tas-CCP. L-ammont ta’ strumenti maħruġa lil kull membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti affettwat għandu jkun proporzjonat għat-telf eċċessiv imsemmi fl-ewwel subparagrafu. Huwa għandu jqis kwalunkwe obbligu kuntrattwali pendenti tal-membri tal-ikklirjar lejn is-CCP u għandu jitnaqqas minn kwalunkwe dritt għall-pagament tad-differenza msemmija fl-Artikolu 62. L-ammont ta’ strumenti għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 24(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|