+Artikolu 29 Terminazzjoni tal-kuntratti — parzjali jew sħiħa
---+Artikolu 29 1
---+Artikolu 29 2
---+Artikolu 29 3
---+Artikolu 29 4
---+Artikolu 29 5
---+Artikolu 29 6
---+Artikolu 29 7
|
Artikolu 29 Terminazzjoni tal-kuntratti — parzjali jew sħiħa
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1
|
1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tittermina wħud mill-kuntratti li ġejjin, jew kollha kemm huma, tas-CCP taħt riżoluzzjoni:
|
(a)
|
il-kuntratti mal-membru tal-ikklirjar f’inadempjenza;
|
|
(b)
|
il-kuntratti affettwati tas-servizz tal-ikklirjar jew tal-klassi tal-assi;
|
|
(c)
|
il-kuntratti l-oħra tas-CCP taħt riżoluzzjoni.
|
L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tittermina il-kuntratti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu biss meta t-trasferiment tal-assi u tal-pożizzjonijiet li jirriżultaw minn dawk il-kuntratti ma jkunx seħħ skont it-tifsira tal-Artikolu 48(5) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
Meta tuża s-setgħa skont l-ewwel subparagrafu, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tittermina l-kuntratti msemmija taħt kull wieħed mill-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu b’mod simili, mingħajr ma tiddiskrimina bejn il-kontropartijiet għal dawk il-kuntratti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-obbligi kuntrattwali li ma jistgħux jiġu infurzati fi żmien raġonevoli.
|
|
Artikolu 29 2
|
2. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tagħti avviż lill-membri tal-ikklirjar rilevanti kollha tad-data li fiha jiġi tterminat kwalunkwe kuntratt imsemmi fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 29 3
|
3. Qabel it-terminazzjoni ta’ kwalunkwe kuntratt msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu l-passi li ġejjin:
|
(a)
|
teħtieġ lis-CCP taħt riżoluzzjoni tivvaluta kull kuntratt u taġġorna l-bilanċi tal-kontijiet ta’ kull membru tal-ikklirjar;
|
|
(b)
|
tiddetermina l-ammont nett pagabbli minn jew lil kull membru tal-ikklirjar, wara li tieħu kont ta’ kwalunkwe marġini ta’ varjazzjoni dovut iżda mhux imħallas, inkluż il-marġini tal-varjazzjoni dovut bħala riżultat tal-valwazzjonijiet tal-kuntratti msemmija fil-punt (a); u
|
|
(c)
|
tinnotifika lil kull membru tal-ikklirjar dwar l-ammonti netti ddeterminati u titlob lis-CCP sabiex tħallashom jew tiġborhom kif xieraq.
|
Il-membri tal-ikklerjar għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jikkomunikaw l-applikazzjoni ta’ tali għodda lill-klijenti tagħhom u l-mod kif tali applikazzjoni taffettwahom.
|
|
Artikolu 29 4
|
4. Il-valwazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 għandha tkun ibbażata, kemm jista’ jkun possibbli, fuq prezz tas-suq ġust iddeterminat fuq il-bażi tar-regoli u l-arranġamenti tas-CCP stess, dment li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma tqisx li jenħtieġ metodu xieraq ieħor ta’ identifikazzjoni tal-prezz.
|
|
Artikolu 29 5
|
5. Fil-każ ta’ membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti li ma jkunx jista’ jħallas l-ammont nett iddeterminat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teħtieġ lis-CCP, filwaqt li tqis l-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament, sabiex tqiegħed lill-membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti f’inadempjenza u tuża l-marġini inizjali u l-kontribuzzjoni tal-fond tal-inadempjenza tiegħu f’konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
|
|
Artikolu 29 6
|
6. Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tittermina kuntratt wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fil- paragrafu 1, hija tista’ temporanjament tipprevjeni lis-CCP milli tikklirja kwalunkwe kuntratt ġdid tal-istess tip bħal dak itterminat.
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tippermetti lis-CCP terġa’ tibda tikklirja dawk it-tipi ta’ kuntratti biss meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
is-CCP tkun konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; u
|
|
(b)
|
l-awtorità ta’ riżoluzzjoni toħroġ u tippubblika avviż għal dak il-għan bl-użu tal-mezzi msemmija fl-Artikolu 72(3).
|
|
|
Artikolu 29 7
|
7. Sat-12 ta’ Frar 2022 l-ESMA għandha toħroġ linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tispeċifika aktar il-metodoloġija li għandha tintuża mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni biex tiddetermina l-valwazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|