3. Qabel it-terminazzjoni ta’ kwalunkwe kuntratt msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu l-passi li ġejjin:
|
(a)
|
teħtieġ lis-CCP taħt riżoluzzjoni tivvaluta kull kuntratt u taġġorna l-bilanċi tal-kontijiet ta’ kull membru tal-ikklirjar;
|
|
(b)
|
tiddetermina l-ammont nett pagabbli minn jew lil kull membru tal-ikklirjar, wara li tieħu kont ta’ kwalunkwe marġini ta’ varjazzjoni dovut iżda mhux imħallas, inkluż il-marġini tal-varjazzjoni dovut bħala riżultat tal-valwazzjonijiet tal-kuntratti msemmija fil-punt (a); u
|
|
(c)
|
tinnotifika lil kull membru tal-ikklirjar dwar l-ammonti netti ddeterminati u titlob lis-CCP sabiex tħallashom jew tiġborhom kif xieraq.
|
Il-membri tal-ikklerjar għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jikkomunikaw l-applikazzjoni ta’ tali għodda lill-klijenti tagħhom u l-mod kif tali applikazzjoni taffettwahom.