1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tittermina wħud mill-kuntratti li ġejjin, jew kollha kemm huma, tas-CCP taħt riżoluzzjoni:
|
(a)
|
il-kuntratti mal-membru tal-ikklirjar f’inadempjenza;
|
|
(b)
|
il-kuntratti affettwati tas-servizz tal-ikklirjar jew tal-klassi tal-assi;
|
|
(c)
|
il-kuntratti l-oħra tas-CCP taħt riżoluzzjoni.
|
L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tittermina il-kuntratti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu biss meta t-trasferiment tal-assi u tal-pożizzjonijiet li jirriżultaw minn dawk il-kuntratti ma jkunx seħħ skont it-tifsira tal-Artikolu 48(5) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
Meta tuża s-setgħa skont l-ewwel subparagrafu, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tittermina l-kuntratti msemmija taħt kull wieħed mill-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu b’mod simili, mingħajr ma tiddiskrimina bejn il-kontropartijiet għal dawk il-kuntratti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-obbligi kuntrattwali li ma jistgħux jiġu infurzati fi żmien raġonevoli.