1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tittrasferixxi għand CCP tranżitorja dawn li ġejjin:
|
(a)
|
strumenti ta’ sjieda maħruġa minn CCP taħt riżoluzzjoni;
|
|
(b)
|
kwalunkwe assi, dritt, obbligu jew obbligazzjoni tas-CCP taħt riżoluzzjoni.
|
It-trasferiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jsir mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tal-azzjonisti tas-CCP taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe parti terza minbarra s-CCP tranżitorja u mingħajr konformità ma’ kwalunkwe rekwiżiti proċedurali skont il-liġi tal-kumpanniji jew tat-titoli minbarra dawk previsti fl-Artikolu 43.