1. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern tal-istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-ittestjar retrospettiv imsemmi fl-Artikolu 325bj(3), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk, bħala parti minn tali programmi ta’ ttestjar retrospettiv, l-istituzzjoni:
|
(a)
|
tħaddimx il-programm ta’ ttestjar retrospettiv imsemmi fil-paragrafu 2 jew programm intern ieħor ta’ ttestjar retrospettiv li jippermetti lill-istituzzjoni tidentifika l-kontribut ta’ fatturi tar-riskju mudellabbli u mhux mudellabbli għar-riżultati tal-ittestjar retrospettiv;
|
|
(b)
|
tapplikax approċċi diretti ta’ ttestjar retrospettiv tan-nuqqas mistenni għall-portafolli tagħha.
|
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw kif l-istituzzjoni timmotiva l-għażla tal-metodoloġija tal-ittestjar retrospettiv tan-nuqqasi mistenni diretta applikata, u janalizzaw jekk dik il-metodoloġija tkunx kunċettwalment valida.
L-istituzzjoni tista’ tuża l-programmi ta’ ttestjar retrospettiv imsemmijin fl-ewwel subparagrafu bħala element sabiex tidentifika u timmonitorja n-nuqqasijiet potenzjali fil-miżuri tan-nuqqas mistenni. Meta awtorità kompetenti tiddeċiedi dwar il-permess li jintuża l-approċċ ta’ mudell intern sabiex tikkalkola r-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq f’konformità mal-Artikolu 325az, dawk il-programmi ta’ ttestjar retrospettiv ma għandhomx jieħdu post l-eżiti tal-ittestjar retrospettiv regolatorju msemmi fl-Artikolu 325bf tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżiti tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf imsemmijin fl-Artikolu 325bg ta’ dak ir-Regolament.