+Artikolu 21 Valutazzjoni tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji fir-rigward ta’ programmi addizzjonali ta’ ttestjar retrospettiv
---+Artikolu 21 1
---+Artikolu 21 2

Artikolu 21 Valutazzjoni tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji fir-rigward ta’ programmi addizzjonali ta’ ttestjar retrospettiv

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1

1.   Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern tal-istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-ittestjar retrospettiv imsemmi fl-Artikolu 325bj(3), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk, bħala parti minn tali programmi ta’ ttestjar retrospettiv, l-istituzzjoni:

(a)

tħaddimx il-programm ta’ ttestjar retrospettiv imsemmi fil-paragrafu 2 jew programm intern ieħor ta’ ttestjar retrospettiv li jippermetti lill-istituzzjoni tidentifika l-kontribut ta’ fatturi tar-riskju mudellabbli u mhux mudellabbli għar-riżultati tal-ittestjar retrospettiv;

(b)

tapplikax approċċi diretti ta’ ttestjar retrospettiv tan-nuqqas mistenni għall-portafolli tagħha.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw kif l-istituzzjoni timmotiva l-għażla tal-metodoloġija tal-ittestjar retrospettiv tan-nuqqasi mistenni diretta applikata, u janalizzaw jekk dik il-metodoloġija tkunx kunċettwalment valida.

L-istituzzjoni tista’ tuża l-programmi ta’ ttestjar retrospettiv imsemmijin fl-ewwel subparagrafu bħala element sabiex tidentifika u timmonitorja n-nuqqasijiet potenzjali fil-miżuri tan-nuqqas mistenni. Meta awtorità kompetenti tiddeċiedi dwar il-permess li jintuża l-approċċ ta’ mudell intern sabiex tikkalkola r-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq f’konformità mal-Artikolu 325az, dawk il-programmi ta’ ttestjar retrospettiv ma għandhomx jieħdu post l-eżiti tal-ittestjar retrospettiv regolatorju msemmi fl-Artikolu 325bf tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżiti tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf imsemmijin fl-Artikolu 325bg ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 21 2

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-istituzzjoni tista’ tmexxi programm ta’ ttestjar retrospettiv li japplika l-prinċipji li ġejjin:

(a)

qabża fil-valur hija identifikata bħala bidla ta’ ġurnata fi HPL MRF jew fi

(b)

APL MRF li taqbeż in-numru tal-valur fir-riskju msemmi fl-Artikolu 325bf(6), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

HPL MRF u APL MRF jiġu kkalkolati kif ġej:

Formula

Formula

Fejn:

—

HPL hija t-tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll;

—

APL hija t-tibdil attwali fil-valur tal-portafoll;

—

RTPL hija t-tibdil teoretiku għar-riskju fil-valur tal-portafoll tal-istituzzjoni;

—

RTPL MRF hija t-tibdil teoretiku għar-riskju fil-valur tal-portafoll tal-istituzzjoni meta jitqies biss it-tibdil fil-fatturi tar-riskju mudellabbli;

(d)

l-istituzzjoni tidentifika dgħufijiet potenzjali fil-mudell tagħha tal-kejl tar-riskji billi tgħodd il-qabżdiet fil-valur, kif identifikati f’konformità mal-punt (a), li seħħew matul l-aħħar 250 jum ta’ negozju, u billi tqabbel l-ammont tal-qabżiet fil-valur identifikati mal-limiti msemmijin fl-Artikolu 325bf(3), il-punti (a) u (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.