+Artikolu 32 5

Artikolu 32 5

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (b)(i), il-paragrafu 3, il-punt (b)(i) u l-paragrafu 4, il-punt (b)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni li ġej:

(a)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi kampjun tal-fatturi tar-riskju u tal-buckets, bil-prezzijiet verifikabbli u rappreżentattivi korrispondenti, inklużi:

(i)

il-fatturi tar-riskju u l-buckets li b’mod ristrett issodisfaw il-kundizzjonijiet sabiex jiġu vvalutati bħala mudellabbli;

(ii)

fatturi tar-riskju u buckets li biddlu l-istatus tal-mudellabbiltà tagħhom matul is-sena preċedenti;

(iii)

meta applikabbli, il-fatturi tar-riskju u l-buckets li għalihom il-prezzijiet verifikabbli jinkisbu biss mill-istituzzjoni, unikament minn bejjiegħa terzi, u kemm mill-istituzzjoni kif ukoll minn bejjiegħa terzi;

(b)

jirrikjedu li l-istituzzjoni tiġġustifika għall-prezzijiet imsemmijin fil-punt (a), ta’ dan il-paragrafu liema mill-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 ikunu ssodisfati, u jivverifikaw dawn li ġejjin:

(i)

meta tiġi ssodisfata l-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, kif l-istituzzjoni vvalutat li sar id-dħul fit-tranżazzjoni b’distakkament;

(ii)

meta tiġi ssodisfata l-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, kif l-istituzzjoni jew il-bejjiegħ terz ikunu vvalutaw li sar id-dħul fit-tranżazzjoni b’distakkament;

(iii)

meta l-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1), punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 tkun issodisfata, kif l-istituzzjoni jew il-bejjiegħ terz ikunu identifikaw kemm l-offerta kif ukoll il-kwotazzjonijiet tal-offerta;

(c)

għall-prezzijiet verifikabbli msemmijin fil-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw:

(i)

jekk il-prezz ma huwiex tranżazzjoni jew offerta u kwotazzjoni ta’ offerta bejn żewġ entitajiet tal-istess grupp kif imsemmi fl-Artikolu 2(2), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, u jekk l-approċċ li l-istituzzjoni jew il-bejjiegħ terz uża sabiex jikkonkludi li ż-żewġ entitajiet ma jappartjenux għall-istess grupp huwiex tajjeb;

(ii)

kif l-istituzzjoni jew il-bejjiegħ terz ikkonkluda li l-volum tat-tranżazzjoni jew il-kwotazzjoni impenjata assoċjata mal-prezz verifikabbli ma huwiex negliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 2(2), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, u jekk il-metriki użati għall-evalwazzjoni tan-negliġibbiltà humiex tajbin;

(iii)

meta l-prezz verifikabbli jkun relatat ma’ kwotazzjonijiet impenjati kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060:

(1)

kif l-istituzzjoni jew il-bejjiegħ terz ikkonkluda li d-differenzjal talba-offerta ma tiddevjax sostanzjalment mill-kundizzjonijiet tas-suq applikabbli kif imsemmi fl-Artikolu 2(2), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(2)

jekk il-metriċi użati biex tiġi evalwata tali devjazzjoni potenzjali humiex sodi;

(iv)

jekk, fost dawk il-prezzijiet, xi wħud jistgħux jitqiesu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(2), fil-punt (b) jew fl-Artikolu 2(2), il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 minħabba li huma kkaratterizzati minn volum aktar baxx mis-soltu jew minn differenzjal talba-offerta akbar mis-soltu;

(v)

jekk l-istituzzjoni jew il-bejjiegħ terz identifika żona tal-ħin li tintuża b’mod konsistenti fis-sorsi kollha tad-data sabiex tiġi identifikata d-data ta’ osservazzjoni tal-prezz verifikabbli kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jew il-bejjiegħa terzi kif applikabbli jipprovduhom bl-informazzjoni kollha li jeħtieġu sabiex iwettqu dik il-valutazzjoni b’mod komprensiv, f’konformità mal-Artikolu 2(5), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.