+Artikolu 39 7

Artikolu 39 7

7.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar u għal data ta’ referenza għall-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni kif imsemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress kif imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament, japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni li ġej:

(a)

jivvalutaw kif l-istituzzjoni tissepara l-fatturi tar-riskju tal-kambju minn inputs oħrajn użati sabiex tiddetermina l-valur kontabilistiku ta’ pożizzjoni;

(b)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi l-lista ta’ fatturi tar-riskju mill-fatturi tar-riskju tal-kambju msemmijin fil-punt (a) li fuqhom l-istituzzjoni tapplika xenarji ta’ xokkijiet futuri meta tikkalkola l-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament;

(c)

jiksbu l-valur tal-fatturi tar-riskju tal-kambju u ta’ inputs oħrajn użati sabiex jiddeterminaw il-valur kontabilistiku fid-dati li ġejjin:

(i)

id-data li fiha jkun ġie ddeterminat l-aħħar valur kontabilistiku disponibbli;

(ii)

id-data ta’ referenza ta’ rapportar partikolari għall-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni u tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress;

(d)

jivverifikaw jekk:

(i)

għal pożizzjonijiet li għalihom ma jintużax it-trattament stabbilit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577, l-inputs tal-valwazzjoni li ma jirriflettux ir-riskju tal-kambju ma ġewx aġġornati bejn iż-żewġ dati msemmijin fil-punti (c)(i) u (c)(ii);

(ii)

għal pożizzjonijiet li għalihom jintuża t-trattament stabbilit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577, l-inputs ta’ valwazzjoni, inklużi l-fatturi tar-riskju tal-kambju, ġewx aġġornati bejn iż-żewġ dati msemmijin fil-punti (c)(i) u (c)(ii);

(iii)

il-fatturi tar-riskju msemmijin fil-punt (b) humiex relatati biss mar-riskju tal-kambju, irrispettivament minn jekk jintużax it-trattament stabbilit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.