+Artikolu 44 1

Artikolu 44 1

1.   Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar id-determinazzjoni tax-xenarju estrem ta’ xokk futur, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-politiki interni msemmijin f’dak il-punt jissodisfawx ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

il-politiki interni jikkonformaw mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397;

(b)

il-politiki interni jeħtieġu l-produzzjoni ta’ inventarju aġġornat li, għal kull fattur tar-riskju mhux mudellabbli:

(i)

jiddeskrivi l-fattur tar-riskju;

(ii)

jispeċifika l-perjodu ta’ likwidità assenjat lill-fattur tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 325bd tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iii)

jispeċifika jekk l-istituzzjoni tikkalkolax ix-xenarju estrem ta’ xokk futur bil-metodu dirett jew bil-metodu gradwali msemmi fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 3, fl-Artikolu 5 u fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, rispettivament, jew tiddeterminax xenarju regolatorju estrem ta’ xokk futur f’konformità mal-Artikolu 14 ta’ dak ir-Regolament Delegat;

(iv)

meta l-istituzzjoni tuża l-metodu gradwali, jispeċifika jekk jintużax il-metodu storiku, sigma asimetriku, jew il-metodu ta’ riżerva sabiex jiġu kkalibrati x-xokkijiet ’l isfel u ’l fuq;

(v)

għall-fatturi tar-riskju li għalihom l-istituzzjoni tiddetermina xenarju regolatorju estrem ta’ xokk futur f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, jiġġustifika dik l-għażla;

(vi)

jispeċifika jekk il-fattur tar-riskju huwiex parti minn bucket u, jekk iva, liema wieħed;

(c)

il-politiki interni jispeċifikaw il-kriterji msemmijin fl-Artikolu 1, il-punt (a)(i) u l-Artikolu 4, il-punt (a)(i), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, li jistabbilixxu meta l-metodu dirett jew inkella l-metodu gradwali msemmi fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 3, fl-Artikolu 5 u fl-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament Delegat jintuża b’referenza għal kwalunkwe fattur tar-riskju mhux mudellabbli jew bucket standardizzat mhux mudellabbli;

(d)

il-politiki interni jispeċifikaw il-kriterji sabiex jiġu identifikati l-jiem tan-negozju u dawk mhux tan-negozju b’mod li jkun konsistenti fil-kalkolu tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-kalkolu tal-kejl tar-riskju ta’ nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb ta’ dak ir-Regolament;

(e)

il-politiki interni jispeċifikaw il-kriterji sabiex jiġu identifikati l-fatturi tar-riskju li għalihom l-istituzzjoni tiddetermina l-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress billi tapplika xenarju regolatorju estrem ta’ xokk futur f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397;

(f)

il-politiki interni jirrikjedu li l-istituzzjoni żżomm rendikont tan-nuqqasijiet kollha fl-ipprezzar kif imsemmijin fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, tal-kawża tal-fallimenti fl-ipprezzar, u tal-azzjonijiet ta’ rimedju meħudin skont dak l-Artikolu;

(g)

il-politiki interni jispeċifikaw il-frekwenza tal-aġġornamenti, f’konformità mal-Artikolu 12(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, tal-perjodu ta’ stress użat għad-determinazzjoni tax-xenarju estrem ta’ xokk futur, u l-kriterji l-oħrajn possibbli li jwasslu għal aġġornament ta’ tali perjodu ta’ stress.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.