|
+Artikolu 4b 6. |
Artikolu 4b 6.L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika l-elementi u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 u l-kundizzjonijiet jew il-karatteristiċi l-oħra li ġejjin tal-eżerċizzji ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar:
(a)
x’tikkostitwixxi newtralità għar-riskju tas-suq f’eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
(b)
it-tnaqqis tar-riskju meħtieġ fil-portofolji sottoposti;
(c)
l-inklużjoni possibbli ta’ portofolji mħallta li jkun fihom tranżazzjonijiet kemm ikklerjati kif ukoll mhux ikklerjati fl-istess eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar u l-kundizzjonijiet li fihom tali inklużjoni tkun permessa;
(d)
ir-rekwiżiti rigward il-ġestjoni tal-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
(e)
ir-rekwiżiti għat-tipi differenti ta’ servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
(f)
il-proċess għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni mogħtija; u
(g)
il-kriterji li għandhom jiġu applikati meta tiġi vvalutata l-eżistenza ta’ ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar. L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|