|
+Artikolu 17 3. |
Artikolu 17 3.L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha twettaq valutazzjoni tar-riskju tal-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti rilevanti stipulati f’dan ir-Regolament fil-perjodu speċifikat fit-tieni subparagrafu (il-“perjodu ta’ valutazzjoni tar-riskju”). Il-valutazzjoni tar-riskju għandha ssir fi żmien:
(a)
80 jum tax-xogħol mill-konferma stabbilita fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, il-punt (a), meta applikazzjoni ssir skont l-Artikolu 14(1); jew
(b)
40 jum tax-xogħol mill-konferma stabbilita fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, il-punt (b), fejn applikazzjoni ssir skont l-Artikolu 15(1). Sa tmiem il-perjodu ta’ valutazzjoni tar-riskju, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tissottometti l-abbozz ta’ deċiżjoni tagħha u tirrapporta lill-AETS u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 permezz tal-bażi ta’ data ċentrali. Wara li jirċievi l-abbozz ta’ deċiżjoni u r-rapport imsemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u abbażi tas-sejbiet fihom, il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għandu fi żmien 15-il jum ta’ xogħol jadotta opinjoni skont l-Artikolu 19 li tiddetermina jekk is-CCP applikanti tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u jibgħatha lill-awtorità kompetenti tas-CCP u lill-AETS f’format elettroniku permezz tal-bażi tad-data ċentrali. Il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 jista’ jinkludi fl-opinjoni tiegħu kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li jqis meħtieġa sabiex jiġi mmitigat kwalunkwe nuqqas fil-ġestjoni tar-riskji tas-CCP. Wara li tirċievi l-abbozz ta’ deċiżjoni u r-rapport imsemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-AETS għandha fi żmien 15-il jum tax-xogħol tadotta opinjoni li tiddetermina jekk is-CCP applikanti tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 23a(1), il-punt (e), l-Artikolu 23a(2), u l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), u tibgħatha lill-awtorità kompetenti tas-CCP u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18. Fl-opinjoni tagħha, l-AETS tista’ tinkludi kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tqis meħtieġa sabiex ittaffi kwalunkwe nuqqas fil-ġestjoni tar-riskji tas-CCP b’rabta mar-riskji transfruntiera identifikati jew mar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|