+Artikolu 17 Proċedura għall-għoti u r-rifjut tal-awtorizzazzjoni1
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 3a.
---+Artikolu 17 3b.
---+Artikolu 17 3c.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.
|
Artikolu 17 Proċedura għall-għoti u r-rifjut tal-awtorizzazzjoni1
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
Is-CCP applikanti għandha tissottometti applikazzjoni għal awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 14(1) jew applikazzjoni għal estensjoni ta’ awtorizzazzjoni eżistenti kif imsemmi fl-Artikolu 15(1) f’format elettroniku permezz tal-bażi tad-data ċentrali. L-applikazzjoni għandha tiġi kondiviża minnufih permezz ta’ dik il-bażi tad-data ċentrali mal-awtorità kompetenti tas-CCP, mal-AETS u mal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18. Is-CCP ċentrali applikanti għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex turi li hija tkun stabbiliet, fil-ħin tal-awtorizzazzjoni inizjali, l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament. Meta CCP tkun qed tapplika għal estensjoni ta’ awtorizzazzjoni eżistenti skont l-Artikolu 15, hija għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex turi li fil-mument meta tingħata tali estensjoni hija tkun stabbiliet l-arranġamenti addizzjonali kollha biex tissodisfa kwalunkwe rekwiżit stabbilit f’dan ir-Regolament fir-rigward ta’ tali estensjoni. F’konformità mal-Artikolu 17c, konferma tal-wasla tal-applikazzjoni għandha tintbagħat permezz tal-bażi tad-data ċentrali fi żmien jumejn ta’ xogħol mit-tressiq ta’ dik l-applikazzjoni skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 17 2.
|
L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha, wara l-konferma tar-riċevuta msemmija fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu, tinnotifika lis-CCP applikanti jekk l-applikazzjoni fihiex id-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa. In-notifika għandha tintbagħat fi żmien:
(a)
20 jum tax-xogħol mill-konferma tar-riċevuta, meta s-CCP applikanti tkun applikat għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 14(1); jew
(b)
10 ijiem tax-xogħol mill-konferma tar-riċevuta, meta s-CCP applikanti tkun applikat għal estensjoni ta’ awtorizzazzjoni eżistenti skont l-Artikolu 15(1).
Meta, matul il-perijodu applikabbli speċifikat skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti tas-CCP tiddeċiedi li ma jkunux ġew sottomessi d-dokumenti jew l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 14(6) u (7) jew l-Artikolu 15(3) u (4), hija għandha titlob lis-CCP applikanti tissottometti tali dokumenti jew informazzjoni addizzjonali, permezz tal-bażi ta’ data ċentrali. L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni jew l-applikazzjoni għall-estensjoni tal-awtorizzazzjoni għandha tiġi miċħuda meta l-awtorità kompetenti tas-CCP tiddeċiedi li s-CCP applikanti tkun naqset milli tikkonforma ma’ kwalunkwe talba bħal din. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tgħarraf lis-kCCPb’dan permezz tal-bażi ta’ data ċentrali.
|
|
Artikolu 17 3.
|
L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha twettaq valutazzjoni tar-riskju tal-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti rilevanti stipulati f’dan ir-Regolament fil-perjodu speċifikat fit-tieni subparagrafu (il-“perjodu ta’ valutazzjoni tar-riskju”). Il-valutazzjoni tar-riskju għandha ssir fi żmien:
(a)
80 jum tax-xogħol mill-konferma stabbilita fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, il-punt (a), meta applikazzjoni ssir skont l-Artikolu 14(1); jew
(b)
40 jum tax-xogħol mill-konferma stabbilita fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, il-punt (b), fejn applikazzjoni ssir skont l-Artikolu 15(1).
Sa tmiem il-perjodu ta’ valutazzjoni tar-riskju, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tissottometti l-abbozz ta’ deċiżjoni tagħha u tirrapporta lill-AETS u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 permezz tal-bażi ta’ data ċentrali. Wara li jirċievi l-abbozz ta’ deċiżjoni u r-rapport imsemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u abbażi tas-sejbiet fihom, il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għandu fi żmien 15-il jum ta’ xogħol jadotta opinjoni skont l-Artikolu 19 li tiddetermina jekk is-CCP applikanti tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u jibgħatha lill-awtorità kompetenti tas-CCP u lill-AETS f’format elettroniku permezz tal-bażi tad-data ċentrali. Il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 jista’ jinkludi fl-opinjoni tiegħu kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li jqis meħtieġa sabiex jiġi mmitigat kwalunkwe nuqqas fil-ġestjoni tar-riskji tas-CCP. Wara li tirċievi l-abbozz ta’ deċiżjoni u r-rapport imsemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-AETS għandha fi żmien 15-il jum tax-xogħol tadotta opinjoni li tiddetermina jekk is-CCP applikanti tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 23a(1), il-punt (e), l-Artikolu 23a(2), u l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), u tibgħatha lill-awtorità kompetenti tas-CCP u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18. Fl-opinjoni tagħha, l-AETS tista’ tinkludi kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tqis meħtieġa sabiex ittaffi kwalunkwe nuqqas fil-ġestjoni tar-riskji tas-CCP b’rabta mar-riskji transfruntiera identifikati jew mar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni;
|
|
Artikolu 17 3a.
|
Mingħajr preġudizzju għall-opinjoni msemmija fil-paragrafu 3, is-sitt subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, wara li tirċievi l-abbozz ta’ deċiżjoni u tar-rapport imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3, ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tipprovdi wkoll opinjoni f’konformità mal-Artikolu 23a u l-Artikolu 24a(7) dwar dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-awtorità kompetenti, fejn meħtieġ, biex tippromwovi applikazzjoni konsistenti u koerenti ta’ artikolu rilevanti, fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta tirċievi l-abbozz ta’ deċiżjoni. Meta l-abbozz tad-deċiżjoni ppreżentat lill-AETS f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu juri nuqqas ta’ konverġenza jew ta’ koerenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-AETS għandha toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet biex tippromwovi l-konsistenza jew il-koerenza meħtieġa fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-opinjonijiet adottati tal-AETS u tal-kulleġġ imsemmija fl-Artikolu 18 għandhom jiġu sottomessi f’format elettroniku permezz tal-bażi tad-data ċentrali, lir-riċevituri rispettivi.
|
|
Artikolu 17 3b.
|
Matul il-perjodu ta’ valutazzjoni tar-riskju, l-awtorità kompetenti tas-CCP, permezz tal-bażi tad-data ċentrali:
(a)
tista’ tissottometti mistoqsijiet lis-CCP applikanti, u titlob informazzjoni komplementari mingħandha;
(b)
għandha tikkoordina u tissottometti mistoqsijiet mill-AETS jew minn kwalunkwe membru tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 lis-CCP applikanti; u
(c)
għandha tikkondividi mal-AETS u l-membri tal-kulleġġ imsemmija fl-Artikolu 18 it-tweġibiet kollha pprovduti mis-CCP applikanti.
Meta l-awtorità kompetenti tas-CCP ma tkunx ipprovdiet l-informazzjoni mitluba lill-AETS jew lil kwalunkwe membru tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol mit-tressiq tat-talba, l-AETS jew kwalunkwe membru ta’ dak il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 jista’ jippreżenta t-talba tiegħu direttament lis-CCP permezz tal-bażi ta’ data ċentrali. Meta s-CCP applikanti ma tkunx wieġbet għall-mistoqsijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu sal-iskadenza stabbilita mill-awtorità li titlob l-informazzjoni, l-awtorità kompetenti tas-CCP, wara li tikkonsulta lill-awtorità rikjedenti, tista’ tiddeċiedi li testendi darba l-perjodu rilevanti ta’ valutazzjoni tar-riskju b’massimu ta’ 10 ijiem tax-xogħol b’kollox jekk, fil-fehma tagħha jew fil-fehma tal-awtorità rikjedenti, kwalunkwe waħda mill-mistoqsijiet tkun materjali għall-valutazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lis-CCP applikanti, permezz tal-bażi tad-data ċentrali, bl-estensjoni pprovduta. L-awtorità kompetenti tista’ tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fin-nuqqas tat-tweġiba tas-CCP.
|
|
Artikolu 17 3c.
|
Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi l-opinjonijiet tal-AETS u tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, adottati skont il-paragrafu 3, ir-raba’ u s-sitt subparagrafi, rispettivament, ta’ dan l-Artikolu, u, fejn maħruġa, l-opinjoni tal-AETS adottata skont il-paragrafu 3a, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha u tibgħatha lill-AETS u l-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 permezz tal-bażi tad-data ċentrali. Meta d-deċiżjoni tall-awtorità kompetenti tas-CCP ma tirriflettix l-opinjoni tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, inkluża kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tinsab fiha, id-deċiżjoni għandu jkun fiha spjegazzjoni motivata bis-sħiħ ta’ kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minn dik l-opinjoni jew mill-kundizzjonijiet jew mir-rakkomandazzjonijiet. Meta l-awtorità kompetenti tas-CCP ma tikkonformax jew ma jkollhiex l-intenzjoni li tikkonforma ma’ opinjoni tal-AETS jew ma’ kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni inklużi fiha, l-AETS għandha tinforma lill-Bord tas-Superviżuri skont l-Artikolu 24a. L-informazzjoni għandha tinkludi wkoll ir-raġunament mill-awtorità kompetenti tas-CCP għan-nuqqas ta’ konformità jew għall-intenzjoni tagħha li ma tikkonformax.
|
|
Artikolu 17 4.
|
L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha, wara li tikkunsidra kif xieraq l-opinjonijiet tal-AETS u tal-kulleġġ previsti fil-paragrafi 3 u 3a ta’ dan l-Artikolu, inkluża kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni fihom, tiddeċiedi li tagħti awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 14 u l-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu, biss meta tkun kompletament sodisfatta li s-CCP applikanti:
(a)
tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, inkluż, fejn applikabbli, għall-forniment ta’ servizzi jew attivitajiet tal-ikklerjar għal strumenti mhux finanzjarji; u
(b)
tiġi nnotifikata bħala sistema skont id-Direttiva 98/26/KE.
Meta CCP tapplika għal estensjoni ta’ awtorizzazzjoni eżistenti skont l-Artikolu 15, l-AETS, il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 u l-awtorità kompetenti tas-CCP jistgħu jiddependu fuq parti mill-valutazzjoni li tkun saret qabel skont dan l-Artikolu sal-punt li l-applikazzjoni għal estensjoni ma tirriżultax f’bidla jew b’xi mod ieħor taffettwa l-valutazzjoni preċedenti għal dik il-parti. Is-CCP għandha tikkonferma lill-awtorità kompetenti tas-CCP li ma hemm l-ebda bidla fil-fatti sottostanti ta’ dik il-parti tal-valutazzjoni. IS-CCP applikanti ma għandhiex tiġi awtorizzata meta:
(a)
l-awtorità kompetenti tas-CCP tkun iddeċidiet li ma tagħtix l-awtorizzazzjoni; jew
(b)
il-membri kollha tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, minbarra l-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita s-CCP applikanti, jaslu għal opinjoni konġunta bi ftehim reċiproku, skont l-Artikolu 19(1), li s-CCP applikanti m’għandhiex tkun awtorizzata.
L-opinjoni konġunta msemmija fit-tielet subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu, għandha tiddikjara bil-miktub ir-raġunijiet sħaħ u dettaljati għaliex il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 iqis li r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament jew fi dritt ieħor tal-Unjoni ma ġewx issodisfati. Meta tali opinjoni konġunta ma tkunx intlaħqet bi ftehim reċiproku u maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 ikunu esprimew opinjoni negattiva, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, abbażi ta’ dik il-maġġoranza, tista’, fi żmien 30 jum kalendarju mill-adozzjoni ta’ dik l-opinjoni negattiva, tirreferi l-kwistjoni lill-AETS f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Id-deċiżjoni li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-AETS għandha tiddikjara bil-miktub ir-raġunijiet sħaħ u dettaljati għaliex il-membri rilevanti tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 iqisu li r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament jew f’partijiet oħrajn tal-liġi tal-Unjoni ma ġewx issodisfati. F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha dwar l-awtorizzazzjoni u tistenna kwalunkwe deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni li l-AETS tista’ tieħu f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha f’konformità mad-deċiżjoni tal-AETS. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-AETS wara t-tmiem tal-perjodu ta’ 30 jum imsemmi fil-ħames subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Meta l-membri kollha tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, minbarra l-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita s-CCP applikanti, jaslu għal opinjoni konġunta bi ftehim reċiproku, skont l-Artikolu 19(1), li s-CCP applikanti ma għandhiex tkun awtorizzata, l-awtorità kompetenti tas-CCP tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-AETS f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita s-CCP għandha tibgħat id-deċiżjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħrajn. L-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien żejjed wara li tieħu deċiżjoni dwar jekk tagħtix jew tirrifjutax awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 3c, tinforma lis-CCP applikanti bil-miktub bid-deċiżjoni tagħha permezz tal-bażi tad-data ċentrali, flimkien ma’ spjegazzjoni motivata bis-sħiħ.
|
|
Artikolu 17 5.
|
L-AETS għandha taġixxi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 f’każ li l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali ma tkunx applikat id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, jew tkun applikathom b’mod li jidher li tkun qed tinkiser il-liġi tal-Unjoni. L-AETS tista’ tinvestiga allegazzjoni ta’ ksur jew nuqqas ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fuq talba minn kwalunkwe membru tal-kulleġġ jew bl-inizjattiva tagħha stess, wara li tkun infurmat lill-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 17 6.
|
Fil-qadi ta’ dmirijiethom, l-ebda azzjoni meħuda minn ebda membru tal-kulleġġ ma għandha, direttament jew indirettament, tiddiskrimina kontra ebda Stat Membru jew grupp ta’ Stati Membri bħala post għal servizzi tal-ikklerjar fi kwalunkwe munita.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|