|
+Artikolu 17a 3. |
Artikolu 17a 3.Fi żmien 15-il jum tax-xogħol mill-konferma tar-riċevuta tal-applikazzjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha, wara li tikkunsidra l-kontribut mill-AETS u mill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, tiddeċiedi:
(a)
jekk l-applikazzjoni tikkwalifikax biex tiġi vvalutata skont il-proċedura aċċellerata stabbilita f’dan l-Artikolu; u
(b)
fejn l-applikazzjoni tikkwalifika biex tiġi vvalutata skont il-proċedura aċċellerata stabbilita f’dan l-Artikolu, jekk għandhiex:
(i)
tagħti l-estensjoni tal-awtorizzazzjoni meta s-CCP tikkonforma ma’ dan ir-Regolament; jew
(ii)
tirrifjuta l-estensjoni tal-awtorizzazzjoni meta s-CCP ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament. Meta CCP tapplika għal estensjoni tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 15, l-awtorità kompetenti tas-CCP tista’ tiddependi fuq parti mill-valutazzjoni li tkun saret qabel skont dan l-Artikolu sal-punt li l-applikazzjoni għal estensjoni ma tirriżultax f’bidla jew b’xi mod ieħor taffettwa l-valutazzjoni preċedenti għal dik il-parti. Is-CCP għandha tikkonferma lill-awtorità kompetenti tas-CCP li ma hemm l-ebda bidla fil-fatti sottostanti tal-parti tal-valutazzjoni li l-AETS tagħżel li tistrieħ fuqha. Meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li l-estensjoni tal-awtorizzazzjoni ma tikkwalifikax biex tiġi vvalutata skont il-proċedura aċċellerata, l-applikazzjoni tas-CCP għandha tiġi miċħuda. Meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li ma tagħtix l-estensjoni tal-awtorizzazzjoni, l-estensjoni tal-awtorizzazzjoni għandha tiġi rrifjutata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|