|
+Artikolu 21 4. |
Artikolu 21 4.L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tissottometti regolarment, u mill-anqas kull sena, rapport lill-AETS u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 dwar il-valutazzjoni u r-riżultati tar-rieżami u tal-evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, inkluż jekk l-awtorità kompetenti tas-CCP tkunx talbet xi azzjoni ta’ rimedju jew tkunx imponiet penali. Ir-rapport għandu jkopri sena kalendarja u għandu jiġi ppreżentat lill-AETS u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 sat-30 ta’ Marzu tas-sena kalendarja ta’ wara. Dak ir-rapport għandu jkun soġġett għal opinjoni tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 skont l-Artikolu 19 u opinjoni mill-AETS skont l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), maħruġa f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17b. L-AETS tista’ titlob li ssir laqgħa ad hoc mas-CCP u l-awtorità kompetenti tagħha. L-AETS tista’ titlob tali laqgħa fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a)
meta jkun hemm sitwazzjoni ta’ emerġenza skont l-Artikolu 24;
(b)
meta l-AETS tkun identifikat tħassib materjali dwar il-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;
(c)
meta l-AETS tqis li l-attività tas-CCP jista’ jkollha impatt transfruntier negattiv fuq il-membri tal-ikklerjar tagħha jew fuq il-klijenti tagħhom. Il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għandu jiġi infurmat li se ssir laqgħa u għandu jirċievi sommarju tal-eżiti ewlenin ta’ dik il-laqgħa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|