|
+Artikolu 25 5. |
Artikolu 25 5.L-AETS għandha, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet u l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3, tirrieżamina r-rikonoxximent ta’ CCP stabbilita f’pajjiż terz:
(a)
jekk dik is-CCP beħsiebha testendi jew tnaqqas il-firxa tal-attivitajiet u s-servizzi tagħha fl-Unjoni, f’liema każ is-CCP għandha tinforma lill-AETS b’dan billi tippreżenta l-informazzjoni kollha meħtieġa; u
(b)
fi kwalunkwe każ mill-inqas kull ħames snin. Dak ir-rieżami għandu jitwettaq skont il-paragrafi 2 sa 4. Meta r-rieżami jsir f’konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, is-CCP ma għandhiex tkun meħtieġa tippreżenta applikazzjoni ġdida għar-rikonoxximent, iżda għandha tforni lill-AETS l-informazzjoni kollha meħtieġa biex l-AETS tirrieżamina r-rikonoxximent tagħha Meta l-AETS twettaq rieżami tar-rikonoxximent ta’ CCP stabbilita f’pajjiż terz f’konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-AETS ma għandhiex tittratta tali rieżami bħala applikazzjoni għar-rikonoxximent għas-CCP rikonoxxuta rilevanti. Fejn, wara r-rieżami msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-AETS tiddetermina li CCP ta’ pajjiż terz li tkun ġiet ikklassifikata bħala CCP tal-Grad 1 għandha tiġi kklassifikata bħala CCP tal-Grad 2, l-AETS għandha tistabbilixxi perijodu ta’ adattament adegwat li ma għandux jeċċedi 18-il xahar li fihom is-CCP trid tikkonforma mar-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafu 2b. L-AETS tista’ testendi dak il-perijodu ta’ żmien ta’ adattament b’mhux aktar minn sitt xhur addizzjonali fuq it-talba motivata tas-CCP jew tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar, meta tali estensjoni tkun iġġustifikata minn ċirkostanzi eċċezzjonali u implikazzjonijiet għall-membri tal-ikklerjar stabbiliti fl-Unjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|