+Artikolu 41 Rekwiżiti tal-marġini
---+Artikolu 41 1.
---+Artikolu 41 2.
---+Artikolu 41 3.
---+Artikolu 41 4.
---+Artikolu 41 5.
|
Artikolu 41 Rekwiżiti tal-marġini
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 41 1.
|
CCP għandha timponi, tappella u tiġbor marġnijiet sabiex tillimita l-iskopertura tal-kreditu tagħha mill-membri tal-ikklerjar tagħha u, meta rilevanti, minn CCPs li magħhom ikollha arranġamenti ta’ interoperabbiltà. Tali marġnijiet għandhom ikunu suffiċjenti sabiex ikopru l-iskoperturi potenzjali li s-CCP tqis li se jinħolqu sal-likwidazzjoni tal-pożizzjonijiet rilevanti. Għandhom ikunu wkoll suffiċjenti sabiex ikopru t-telf li jirriżulta minn mill-anqas 99 % tal-movimenti fl-iskoperturi fuq perjodu ta’ żmien xieraq u għandhom jiżguraw li s-CCP tikkollateralizza bis-sħiħ l-iskoperturi tagħha mal-membri tal-ikklerjar kollha tagħha u, meta rilevanti, mas-CCP li magħhom ikollha arranġamenti ta’ interoperabbiltà, mill-anqas fuq bażi ta’ kuljum. CCP għandha timmonitorja u tirrevedi kontinwament il-livell tal-marġni tagħha sabiex ikun jirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq, filwaqt li tqis kwalunkwe effett potenzjalment proċikliku ta’ tali reviżjonijiet.
|
|
Artikolu 41 2.
|
CCP għandha tadotta mudelli u parametri fid-determinazzjoni tar-rekwiżiti tal-marġni tagħha li jaqbdu l-karatteristiċi tar-riskju tal-prodotti klerjati u li jikkunsidraw l-intervall bejn il-ġbir tal-marġni, il-likwidità tas-suq u l-possibbiltà ta’ bidliet tul id-durata tat-tranżazzjoni. Il-mudelli u l-parametri għandhom jiġu vvalidati mill-awtorità kompetenti u jkunu soġġetti għal opinjoni mill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 f’konformità mal-Artikolu 19 u opinjoni mill-AETS f’konformità mal-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), maħruġa f’konformità mal-proċedura skont l-Artikolu 17b.
|
|
Artikolu 41 3.
|
CCP għandha ssejjaħ il-marġnijiet u tiġborhom fuq bażi tal-istess ġurnata, mill-anqas meta jinqabżu l-limiti predefiniti. Meta tagħmel dan, CCP għandha tikkunsidra, sa fejn ikun possibbli, l-impatt potenzjali tal-ġbir tal-marġni u tal-pagamenti fl-istess ġurnata fuq il-pożizzjoni ta’ likwidità tal-parteċipanti tagħha u fuq ir-reżiljenza tas-CCP. CCP ma għandhiex, sa fejn ikun possibbli, iżżomm pagamenti tal-marġni ta’ varjazzjoni tal-istess ġurnata wara li tkun ġabret tali pagamenti kollha dovuti.
|
|
Artikolu 41 4.
|
Kontroparti ċentrali għandha ssejjaħ u tiġbor il-marġini li jkunu adegwati sabiex ikopru r-riskju li jkun ġej mill-pożizzjonijiet reġistrati f’kull kont miżmum f’konformità mal-Artikolu 39 fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji speċifiċi. Kontroparti ċentrali tista’ tikkalkula l-marġni fir-rigward ta’ portafoll ta’ strumenti finanzjarji sakemm il-metodoloġija li tintuża tkun prudenti u soda.
|
|
Artikolu 41 5.
|
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, wara li tikkonsulta l-ABE u s-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-perċentwal adatt u l-firxiet taż-żmien għall-perjodu tal-likwidazzjoni u l-kalkolu tal-volatilità storika, kif imsemmi fil-paragrafu 1, li għandhom jitqiesu għall-klassijiet differenti ta’ strumenti finanzjarji, filwaqt li jitqies l-objettiv tal-limitazzjoni tal-proċikliċità, u l-kundizzjonijiet li bihom il-prattika ta’ stabbiliment tal-marġni tal-portafolli msemmija fil-paragrafu 4 tkun tista’ tiġi mplimentata. L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|