|
+Artikolu 49 5. |
Artikolu 49 5.L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika aktar;
(a)
x’jikkostitwixxi żieda jew tnaqqis sinifikanti għall-finijiet tal-paragrafu 1i, il-punti (a) u (c), (d) sa (h);
(b)
l-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi vvalutat jekk intlaħqitx waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1i;
(c)
bidliet oħra fil-mudelli li jistgħu jitqiesu bħala diġà koperti mill-mudell approvat u għalhekk ma jitqisux bħala bidla fil-mudell u mhumiex soġġetti għall-proċeduri stabbiliti f’dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 49a; u
(d)
il-listi ta’ dokumenti meħtieġa li għandhom jakkumpanjaw applikazzjoni għall-validazzjoni skont il-paragrafu 1c ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 49a u l-informazzjoni li għandu jkun fihom tali dokumenti sabiex juru li s-CCP tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ dan ir-Regolament. Id-dokumenti u l-livell ta’ informazzjoni meħtieġa għandhom ikunu proporzjonati mat-tip ta’ validazzjoni tal-mudell iżda jkun fihom dettall suffiċjenti biex jiżguraw analiżi xierqa tal-bidla. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-AETS tista’ tistabbilixxi valuri differenti għall-punti differenti tal-paragrafu 1i. L-AETS għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|